Wara li f’Ġunju 2006 ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Stabilisation and Association Agreement (SAA)), l-Albanija saret parti mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Fi ħdan dan il-qafas, sar progress kbir relatat mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. “L-istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol” ġiet abbozzata mill-gvern u approvata mill-parlament.
Fir-Repubblika Ċeka, is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri fuq ix-xogħol jiffurmaw parti mill-kompetenza tal-Ministeru tax-Xogħol u l-Affarjiet Soċjali, li jieħu ħsieb ukoll id-djalogu mal-imsieħba soċjali u mal-Ministeru tas-Saħħa tar-Repubblika Ċeka. Sa ċertu punt, dan il-qasam jifforma parti mill-kompetenzi tal-Uffiċju tal-Minjieri Ċek u tal-Uffiċċju tal-Istat għas-Sigurtà Nukleari wkoll.
L-Awtorità Daniża dwar l-Ambjent tax-Xogħol hija l-koordinatriċi tal-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Din topera taħt l-awspiċju tal-Ministeru għax-Xogħol u hija responsabbli għall-assigurazzjoni tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li tapplika fir-rigward tal-impjiegi kollha fid-Danimarka. Madankollu, hemm ċerti setturi li għalihom, ir-regolamentazzjoni u l-infurzar tagħha ġew devoluti lil awtoritajiet oħra.
Fir-Repubblika tal-Bulgarija, il-politika pubblika dwar is-saħħa u s-sigurtà taqa' taħt il-Kunsill tal-Ministri. Il-Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali jiżviluppa, jikkoordina u jimplimenta l-politika pubblika dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministeru għas-Saħħa iġestixxi u jikkoordina attivitajiet għall-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa fuq ix-xogħol.
Is-sitema Ġermaniża għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha struttura doppja. Hija tgħaqqad id-dispożizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà (fuq livell Federali u Governattiv) u l-istituzzjonijiet tal-assikurazzjoni awtonoma tal-inċidenti. L-istat (fuq livell Federali u Governattiv) jagħmel il-liġijiet, u jippromulga r-regolamenti u r-regoli tal-bordijiet tal-istat.
Id-dokument prinċipali li jirrigwarda l-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Estonja huwa l-Att dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol adottat mill-Parlament tal-Estonja - ir-Riigikogu - ibbażat fuq diversi Regolamenti rilevanti tal-Gvern tar-Repubblika u tal-Ministru għall-Affarijiet Soċjali ġew żviluppati u saru liġi (l-Att daħal fis-seħħ fis-26 ta' Lulju 1999).
Ix-xogħol tal-Aġenzija għas-Saħħa u s-Sigurtà huwa mmirat biex iġib bidla permanenti fil-kultura. Kultura fejn it-tmexxija proattiva tas-sigurtà, is-saħħa u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol hija meqjusa minn kulħadd bħala li tagħti kontribut sinifikanti għas-suċċess għal terminu twil ta’ kwalunkwe negozju jew organizzazzjoni. Aħna nemmnu li jekk nipprovdu viżjoni u direzzjoni strateġika lkoll niksbu din il-bidla fil-kultura.
Il-kwistjonijiet kollha marbuta mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) fuq livell nazzjonali huma taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali.
Fil-Punt Fokali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol Fi Spanja, il-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol hija regolata mil-Liġi 31/95 u mir-regolamenti kumplimentari tagħha jew li jiżviluppaw minnha.
Is-sistema Franċiża għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol tinkludi: