L-Istħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) tal-EU-OSHA huwa stħarriġ estensiv li jħares lejn kif ir-riskji tas-sigurtà u s-saħħa huma ġestiti fuq il-postijiet tax-xogħol Ewropej. Għalkemm id-dejta dwar l-aċċidenti u l-mard relatati max-xogħol hija disponibbli permezz ta’ stħarriġ tal-ħaddiema u sistemi ta’ rapportar, ftit huwa magħruf dwar il-mod kif ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà huma indirizzati fil-prattika.