17/12/2015

Niżżelin: en | de | fr |

Network Enterprise Europe

Network Enterprise Europe

In-Network Enterprise Europe (EEN) jgħin lin-negozji biex jinnovaw u jikbru fuq skala internazzjonali. Huwa l-akbar network ta’ appoġġ fid-dinja għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) b’ambizzjonijiet internazzjonali.

In-Network huwa attiv fuq livell dinji. Jgħaqqad flimkien esperti minn organizzazzjonijiet membri li huma magħrufa għall-eċċellenza tagħhom fl-appoġġ ta’ negozji.

Il-Proġett dwar Sħubija fil-Komunikazzjoni (CPP) għandu l-għan li jżid is-sensibilizzazzjoni tal-importanza tal-OSH għall-SMEs u biex dawn jingħataw aċċess faċli għal informazzjoni prattika u kuntatti utli fil-livelli nazzjonali u reġjonali, fosthom laqgħat ta’ sħubija nazzjonali, pakketti ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet oħra bħall-Premjijiet għall-OSH tal-EEN.

Il-membri tal-EEN huma wħud mis-sħab ewlenin li jgħinu lill-EU-OSHA tilħaq l-objettivi tagħha, flimkien mad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW), il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-SMEs (EISMEA) u l-punti fokali nazzjonali tal-EU-OSHA.

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs:

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW) huwa s-servizz tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mit-tlestija tas-suq intern għal prodotti u servizzi; jgħin lill-UE biex issir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva; għat-trawwim tal-intraprenditorija u t-tkabbir billi jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozji ż-żgħar; għall-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-appoġġ għall-aċċess għas-swieq globali għall-kumpaniji tal-UE; u l-ħolqien ta’ politika dwar il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali, il-koordinazzjoni tal-pożizzjoni tal-UE u n-negozjati fis-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI), u l-assistenza lill-innovaturi dwar kif jużaw b’mod effettiv id-drittijiet tal-PI.

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (EISMEA):

 

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (EISMEA) ġiet stabbilita fl-1 ta’ April 2021 bil-għan li tissaħħaħ l-innovazzjoni fis-suq uniku, billi jinħolqu sinerġiji qawwija biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-ekonomija Ewropea u l-attivitajiet kollha tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) u l-programmi relatati mal-SMEs jiġu raggruppati f’Aġenzija waħda.

L-Aġenzija hija, tabilħaqq, responsabbli mill-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u tiġġestixxi programmi oħra tal-UE fl-oqsma tal-appoġġ għall-SMEs, l-ekosistemi tal-innovazzjoni, is-suq uniku, il-politika tal-konsumatur u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni. 

L-Ambaxxaturi tan-Network Enterprise Europe fil-qasam tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u r-rwol tagħhom

Il-Premju tan-Network Enterprise Europe għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

L-EEN ilu mill-2009 jikkoopera mal-EU-OSHA biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-OSH fost l-SMEs u l-mikrointrapriżi. Biex iwettaq dan il-kompitu, l-EEN jinnomina Ambaxxaturi fil-qasam tal-OSH fil-livell tal-pajjiż. Ir-rwol tagħhom jinkludi l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet, il-promozzjoni tal-OSH għall-SMEs fil-livell nazzjonali u r-rappurtar lura lill-EU-OSHA darba fis-sena dwar l-attivitajiet ta’ OSH tagħhom.

Fl-2021, il-programm ġie estiż għal sitt pajjiżi mhux tal-UE (jiġifieri pajjiżi li jirċievu assistenza finanzjarja taħt l-Istrument tal-UE għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA): l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u t-Turkija) u ġew innominati l-Ambaxxaturi tal-EEN fil-qasam tal-OSH taħt l-IPA.

Ara l-lista sħiħa tal-Ambaxxaturi tal-EEN fil-qasam tal-OSH

Fi ħdan is-CPP, ir-rwol tal-Grupp Ta’ Ħidma dwar is-Sħubiji ta’ Komunikazzjoni (Communication Partnership Working Group, CPWG), li huwa magħmul minn tliet punti fokali nazzjonali, tliet Ambaxxaturi tal-EEN fil-qasam tal-OSH u rappreżentanti tal-EU-OSHA, tad-DĠ GROW u tal-EIASME, huwa prinċipalment biex jipprovdi parir strateġiku u espert dwar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġija tal-EU-OSHA dwar is-sħubiji ta’ komunikazzjoni.

Il-Premju tan-Network Enterprise Europe għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Fil-qafas tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-aġenzija, l-għan tal-Premju għall-OSH tal-EEN huwa biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-OSH għall-SMEs u biex dan l-aspett jiġi promoss. Il-membri tal-EEN tas-27 Stat Membru, kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, u l-pajjiżi tal-IPA, huma mistiedna jressqu għal rikonoxximent kwalunkwe proġett tagħhom li għandu l-għan li jippromwovi s-saħħa u s-sigurtà b’mod aħjar fuq il-post tax-xogħol fl-SMEs u li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin: attivitajiet u avvenimenti li jippromwovu l-OSH; il-bini ta’ networks; u l-komunikazzjoni u pubblikazzjonijiet stampati u online.

2013 | 2014/15 | 2016/17 | 2018/19 | 2020/21 

 

Bħala waħda mill-aġenziji deċentralizzati tal-UE, l-EU-OSHA hija korp awtonomu tal-UE, li jżomm relazzjonijiet mill-qrib, kemm formali kif ukoll informali, mal-istituzzjonijiet tal-UE u ma’ ħafna korpi u aġenziji tal-UE. L-Uffiċċju ta’ Kollegament fi Brussell għandu rwol importanti għas-sostenn ta’ dawn ir-rabtiet.

L-EU-OSHA tipprovdi informazzjoni lill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll lill-Istati Membri, lis-Sħab Soċjali u lill-komunità tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH). L-istituzzjonijiet huma fost l-utenti primarji tal-prodotti u tas-servizzi tagħha;  Ir-relazzjonijiet formali jinkludu dan li ġej:

  1. L-EU-OSHA għandha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta’ politiki tal-UE fil-qasam tal-OSH, notevolment il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar l-OSH
  2. Il-Bord tat-Tmexxija tal-EU-OSHA jinkludi rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea (KE) u osservatur wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew (PE)
  3. Il-kontribuzzjoni għall-baġit tal-EU-OSHA hi ddeterminata permezz tal-proċedura baġitarja ġenerali tal-UE.
  4. Ġew stabbiliti diversi mekkaniżmi ta’ responsabbiltà, biex jiġi żgurat rapportar sħiħ mill-EU-OSHA lill-Istituzzjonijiet dwar l-attivitajiet tagħha.

Jeżistu wkoll relazzjonijiet informali:

  1. L-EU-OSHA tistieden lir-rappreżentanti istituzzjonali biex jipparteċipaw fid-diversi proġetti u networks tagħha. L-uffiċjali tal-KE jservu b’mod regolari fuq il-kumitati konsultattivi jew ta’ tmexxija għall-proġetti tal-EU-OSHA. Kelliema jew parteċipanti mill-KE, mill-Parlament Ewropew jew mill-korpi l-oħra tal-UE huma mistiedna għall-konferenzi tal-EU-OSHA;
  2. L-EU-OSHA tikkoopera mal-istituzzjonijiet dwar proġetti u avvenimenti, u taħdem mal-Kunsill dwar programmi tal-Presidenza, tipprovdi għarfien espert, kelliema, moderaturi jew appoġġ ieħor għal avvenimenti tal-Presidenza. Jiġu organizzati wkoll avvenimenti konġunti mal-Parlament Ewropew;
  3. L-EU-OSHA hija involuta fil-kumitati u fin-networks tal-istituzzjonijiet tal-UE, bħall-Kumitat Konsultattiv tal-KE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (ACSH) u l-Kumitat ta’ Spetturi Għolja tax-Xogħol (SLIC).
  4. L-EU-OSHA tinforma u tikkollabora b’mod regolari mal-Kumitat formali għad-Djalogu Soċjali Ewropew u mal-Kumitati għad-Djalogu Soċjali Settorjali tagħha.

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew

  • Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: L-EU-OSHA tirrapporta lill-Kumitat EMPL fuq bażi regolari.  Jingħataw briefings frekwenti lill-Kumitat rigward il-programm ta’ ħidma u l-attivitajiet tal-EU-OSHA, kif ukoll il-kollaborazzjoni kontinwa ma’ Membri ewlenin tal-Parlament Ewropew (MEPs). 

Il-Kunsill tal-UE

  • Il-Kunsill tal-UE.  L-EU-OSHA tikkollabora sistematikament mal-attivitajiet tal-Kunsill tal-UE, speċifikament permezz tan-Network tal-Punti Fokali nazzjonali tagħha u permezz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija tripartitiku.  L-Aġenzija tipprovdi wkoll assistenza lil dawk il-pajjiżi li jospitaw il-presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill, permezz tan-networks nazzjonali tagħha u f’kollaborazzjoni mar-Rappreżentanzi Permanenti għall-UE bbażati fi Brussell.

 

20/11/2015

Niżżelin: en | cs | da | de | nl | et | el | es | fr | it | lv | lt | hu | pl | pt-pt | sk | fi |

20/11/2015

Niżżelin: en | da | de | nl | et | el | es | fr | it | lv | lt | hu | pl | pt-pt | sk | fi |

20/11/2015

Niżżelin: en | cs | da | de | nl | et | el | es | fr | hr | it | lt | hu | pl | pt-pt | sk | fi | sv |

Il- Premju tal-Films Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa jagħti ġieħ lill-aqwa dokumentarju dwar temi relatati max-xogħol. Il-premju huwa ppreżentat mill-EU-OSHA fil-Festival Internazzjonali ta' Leipzig tad-Dokumentarji u l-Films Animati (DOK Leipzig).

Is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa huwa l-konklużjoni ta’ għadd ta’ tragwardi ta’ suċċess tal-kampanja mmirati biex titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji psikosoċjali u l-istress fuq il-post tax-xogħol, inklużi: ĠimagħtejnEwropej għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol; sitt avvenimenti ta’ valutazzjoni komparattiva; ċerimonja waħda ta’ Premjijiet Ewropej ta' Prattika Tajba; u żewġ Premjijiet tal-Films dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-S

X’inhi għodda elettronika?

Għodda elettronika hija biċċa softwer li tista’ taħdem fuq l-Internet, fuq kompjuter jew fuq telefown, tablet jew apparat elettroniku ieħor. L- ‘e’ — jiġifieri ‘elettronika’ — tagħmel distinzjoni bejn dawn l-għodod mill-għodod jew pubblikazzjonijiet tradizzjonali bbażati fuq il-karta.

L-għodod elettroniċi huma ‘interattivi’. Jeħtieġu xi dħul ta’ informazzjoni mil-utent, sew fl-għamla ta’ għarfien (pereżempju permezz tal-mili ta’ lista ta’ kontroll jew qasam ta' data) jew kejl tal-ambjent (pereżempju kejl tal-livelli ta’ ħoss jew dawl bi smartphone). Abbażi ta' dan l-input, l-għodda tipproduċi informazzjoni mfassla għall-utent (pereżempju billi tiggwida lill-utent permezz ta’ proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet). F’dan is-sens, ‘għodda elettronika’ hija differenti minn strument statiku jew passiv bħal skeda informattiva tradizzjonali, lista ta’ kontroll jew gwida elettronika.

L-għodod elettroniċi tal-OSH għandhom jipprovdu appoġġ u/jew riżorsi lill-organizzazzjonijiet (b’mod partikolari l-MSEs, minħabba li spiss, dawn huma l-kumpaniji li jeħtieġu l-aktar dawn l-għodod) biex jgħinuhom jiġġestixxu r-riskji fuq il-post tax-xogħol. Madankollu, l-għodod elettroniċi jistgħu jiġu żviluppati għal firxa wiesgħa ta’ għanijiet, li jistgħu jkunu ġenerali ħafna u li japplikaw għal udjenza diversa jew ħafna aktar speċifiċi u mfassla apposta. Pereżempju:

  • biex jgħinu fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-OSH (l-attur ewlieni tal-OSH biex jissodisfaw l-obbligi legali tagħhom);
  • biex jgħinu jippromwovu kultura ta’ prevenzjoni (biex tiżdied is-sensibilizzazjoni, għal għanijiet ta’ informazzjoni);
  • għal għanijiet ta’ taħriġ (pereżempju t-tagħlim elettroniku).

Il-benefiċċji tal-għodod elettroniċi

Għal organizzazzjonijiet jew utenti individwali, l-għodod elettroniċi tal-OSH:

  • jagħtu s-setgħa lill-MSEs, billi jippermettu l-prevenzjoni tar-riskju tal-OSH internament;
  • iħaffu n-negozju (data f’għamla elettronika tista’ tkun ikkommunikata u analizzata b’mod aktar faċli milli fuq il-karta);
  • jgħinu fl-identifikazzjoni ta’ perikli u riskji fuq il-post tax-xogħol;
  • iħaffu l-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskji;
  • juru s-soluzzjonijiet potenzjali għall-problemi tal-OSH;
  • jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' miżuri preventivi fuq il-post tax-xogħol;
  • huma faċli biex jintużaw, interattivi u faċli biex jiġu aċċessati.

B’differenza għal għodod ibbażati fuq il-karta, huwa possibbli li jiġi mmonitorjat l-użu ta’ għodda elettronika. Tista’ tikseb ukoll rispons dwar l-effikaċja u l-funzjonalità ta’ għodda elettronika. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-għodod elettroniċi (pereżempju l-istatistika) jistgħu jintużaw bħala indikaturi tal-proġett u jipprovdu data anonima biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-politika tal-OSH.

Għal intermedjarji u dawk li jfasslu l-politika, l-għodod elettroniċi jaġixxu bħala strumenti ta' tqajjim ta’ sensibilizzazzjoni (pereżempju meta jintużaw fil-kuntest ta’ kampanja) u jistgħu jimmobilizzaw atturi (eż. imsieħba soċjali, spettorati).

Fl-aħħar nett, l-għodod elettroniċi huma attraenti għaż-żgħażagħ (ħaddiema, studenti), u, permezz ta’ diffużjoni u tixrid online (Internet u l-midja soċjali), jistgħu jilħqu udjenza diversa ħafna.

L-isfidi assoċjati mal-għodod elettroniċi

Hemm varjetà ta’ fatturi li jeħtieġu li jkunu kkunsidrati meta tiġi żviluppata għodda elettronika:

  • Liema teknoloġija hija meħtieġa? L-ospitar, apparati multipli u sistemi operattivi, pereżempju, kollha għandhom jiġu kkunsidrati.
  • X’inhuma l-ispejjeż tal-iżvilupp u tal-manutenzjoni? L-ispejjeż ta’ żvilupp tal-għodod elettroniċi huma ġeneralment baxxi meta mqabbla ma’ għodod ibbażati fuq il-karta (jiġifieri mhemmx spejjeż ta' stampar, ta’ distribuzzjoni jew ta’ ħażna). Madankollu, hekk kif tkun qiegħda tiġi żviluppata l-għodda, funzjonalitajiet ġodda (pereżempju aktar interattività) isiru aktar apparenti u l-iżvilupp ta’ dawn iżid l-ispiża u l-ħin għall-iżvilupp. Hemm ukoll spejjeż assoċjati mal-manutenzjoni u l-aġġornament tal-għodda elettronika.
  • L-għodda se tkun applikazzjoni bbażata fuq l-Internet jew applikazzjoni fuq il-mobile? Xi għodod elettroniċi jistgħu jkunu ‘awtonomi’ fuq telefown u ma jeħtiġux konnessjoni mal-Internet, filwaqt li oħrajn jieħdu l-għamla ta’ sit web risponsiv, li jkun jeħtieġ konnessjoni mal-Internet. Huwa aktar faċli li jiġi evalwat is-suċċess ta’ siti web risponsivi milli l-applikazzjonijiet tal-mobile, iżda l-utent mhux dejjem jista' jkollu konnessjoni mal-Internet. Meta tiddeċiedi liema minn dawn l-approċċi tieħu, l-utent huwa l-konsiderazzjoni primarja.
  • Minn għandu d-drittijiet tal-proprjetà? Ħafna drabi, f’dan il-qasam, jinħolqu nuqqas ta’ ċertezza u diffikultajiet.
  • Ġew solvuti l-kwistjonijiet kollha relatati mad-drittijiet tal-awtur (pereżempju softwer, kontenut, ritratti)? Id-dritt tal-awtur fil-pubblikazzjonijiet fuq il-karta mhuwiex l-istess bħal dritt tal-awtur fuq l-għodod elettroniċi, u ħafna drabi għandhom jiġu kkonsultati avukati biex jgħinu fil-kjarifika ta’ dawn il-kwistjonijiet.

Għalkemm l-għodod elettroniċi jistgħu jkunu għaljin biex jiġu mantnuti u jinżammu aġġornati, billi jiġi kondiviż l-għarfien kif ukoll l-approċċi komuni, l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu.

L-EU-OSHA u l-għodod elettroniċi

L-EU-OSHA temmen li l-għodod elettroniċi tal-OSH għandhom rwol vitali biex jgħinuna nagħmlu l-postijiet tax-xogħol tagħna aktar siguri u li jibżgħu aktar għas-saħħa. Għalhekk, hija impenjata biex tistimula l-iżvilupp ta’ għodod elettroniċi tal-OSH u biex tappoġġja, tippromwovi u xxerred l-għodod elettroniċi eżistenti. L-EU-OSHA tiffoka fuq għodod elettroniċi tal-OSH ‘mhux għall-profitt’ u ‘mhux kummerċjali’ jew dawk li huma mingħajr ħlas għall-utent aħħari.

L-EU-OSHA tinvolvi ruħha fl-iżvilupp tal-għodda elettronika tal-OSH billi:

  • tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati (żviluppaturi, promoturi, esperti, utenti) biex jiddiskutu l-bżonnijiet u l-isfidi;
  • tikkondividi informazzjoni u għarfien dwar kif jiġu żviluppati l-għodod elettroniċi;
  • tiskambja l-prattika tajba fir-rigward tal-iżvilupp tal-għodda elettronika;
  • tidentifika sfidi fl-iżvilupp tal-għodda elettronika;
  • tappoġġja laqgħat annwali;
  • ixxerred informazzjoni dwar kif tagħmel l-għodod aktar trasferibbli.

L-EU-OSHA tappoġġja għodod eżistenti billi:

  • tippromwovi l-għodod elettroniċi permezz ta’ artikli tal-OSHwiki;
  • tinkoraġġixxi l-kondiviżjoni, l-adozzjoni u l-adattament ta’ għodod eżistenti minn istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u Stati Membri oħrajn;
  • taġixxi bħala pjattaforma ta’ promozzjoni kooperattiva (jiġifieri l-għodod ikunu inklużi/promossi fi proġetti jew kampanji oħra).

Aqra aktar dwar avvenimenti tal-għodod elettroniċi u laqgħat ta’ diskussjoni li jitwettqu mill-EU-OSHA.

Aqra artikli tal-OSHwiki fuq għodod elettroniċi bħal SEIRICH: għodda għall-valutazzjoni ta’ kimiki f’ambjenti okkupazzjonali u SUBSPORT - Substitution Support Portal (Portal għas-Sostenn tas-Sostituzzjoni).