14/06/2016

Niżżelin: en | bg | cs | da | de | nl | et | el | es | fr | hr | it | is | lv | lt | hu | mt | pl | ro | sk | sl | fi | sv |

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tipproteġi aħjar lill-ħaddiema minn kimiki li jikkawżaw il-kanċer

Il-Kummissjoi Ewropea qed tipproponi bidliet fid-Direttiva tal-Karċinoġeni u l-Mutaġeni (2004/37/KE) biex tillimita l-espożizzjoni għal 13-il kimika li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol, inkluż 'is-silika kristallina respirabbli' (RCS).
Il-kanċer huwa stmat li huwa responsabbli għal iktar minn nofs l-imwiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol fl-UE, total ta' madwar 102,000 mewta fis-sena.

L-introduzzjoni ta' dawn il-valuri ta' limitu se twassal għal inqas każijiet ta' kanċer okkupazzjonali u se ttejjeb il-protezzjoni legali tal-ħaddiema esposti, speċjalment fis-settur tal-kostruzzjoni. Billi tnaqqas id-differenzi ta' bejn l-Istati Membri f'termini tal-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema, din il-proposta se tinkoraġġixxi iktar impjiegi traskonfinali, għaliex il-ħaddiema jistgħu jiżguraw ruħhom li l-istandards u l-livelli minimi ta' protezzjoni ta' saħħithom se jkunu ggarantiti fl-Istati Membri kollha

Il-Pjan Direzzjonali dwar il-Karċinoġeni huwa inizjattiva tal-UE biex jiġi indirizzat il-kanċer relatat max-xogħol, li huwa l-kawża ewlenija ta’ mwiet okkupazzjonali fl-UE. L-għan huwa li n-negozji jiġu megħjuna jieħdu azzjoni billi:

  • Joħolqu sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta' esponiment għal karċinoġeni fuq ix-xogħol
  • Joffru għodod u soluzzjonijiet għan-negozji u għall-ħaddiema
  • Jlaqqgħu n-nies flimkien biex jiskambjaw prattiki tajba u jippromwovu l-kooperazzjoni bejn is-sħab nazzjonali u dawk tal-UE

L-inizjattiva għandha l-għan li tgħin biex il-ħaddiema jiġu protetti — illum u fil-futur. Din tikkontribwixxi għall-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer u hija appoġġata mill-Qafas Strateġiku tal-UE dwar l-OSH 2021-2027.

Esplora s- sit web S.T.O.P. dwar il-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol biex issib għajnuna prattika u pariri kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-impjegaturi. Tgħallem dwar ir-riskji, sir af kif tieħu azzjoni, u skopri x’qed jagħmlu s-sħab.

Min hu responsabbli għall-inizjattiva

Imnedija fl-2016, l-inizjattiva tlaqqa’ flimkien firxa wiesgħa ta’ sħab: l-Istati Membri tal-UE, is-sħab soċjali tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-EU-OSHA.

L-impjegaturi, il-ħaddiema, l-ispettorati tax-xogħol, ir-riċerkaturi, il-unions, l-organizzazzjonijiet esperti, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-ħarrieġa huma mistiedna wkoll jingħaqdu man-network għall-prevenzjoni tal-karċinoġeni.

Kif tista’ tinvolvi lilek innifsek?

  • Ikkondividi soluzzjonijiet innovattivi u l-aħjar prattiki biex jitnaqqas l-esponiment fuq il-post tax-xogħol għall-karċinoġeni.
  • Appoġġa kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jinfurmaw lill-ħaddiema u lill-impjegaturi dwar ir-riskji u l-prevenzjoni.
  • Uża u ppromwovi l-għodod u l-għarfien tal-pjan direzzjonali biex tipprevjeni l-esponiment fl-organizzazzjoni tiegħek.

L-Istrateġija 2025-2027

Bejn l-2016 u l-2024, taħt l-inizjattiva inġabar ammont kbir ta' informazzjoni u ġew involuti diversi partijiet ikkonċernati.

Il-Pjan Direzzjonali dwar il-Karcinoġeni 3.0 - Strateġija 2025-2027 attwali jiffoka fuq it-tixrid tal-evidenza u l-għodod għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ibbażati fuq dawn l-impenji:

  • Kondiviżjoni tal-għarfien dwar l-impatt fuq is-saħħa mal-impjegaturi u l-ħaddiema.
  • Appoġġ lill-impjegaturi u lill-ħaddiema fl-użu prattiku ta' għodod u għarfien.
  • Organizzazzjoni ta' laqgħat regolari mas-sħab biex tiġi garantita kooperazzjoni sostenuta u sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet.
  • L-inizjattiva hija volontarja u mmexxija mill-azzjoni. Is-sħab jaqblu dwar firxa ewlenija tal-attivitajiet, iżda azzjonijiet addizzjonali huma milqugħa.
  • L-inizjattiva għandha l-għan li tħalli legat dejjiemi biex tipprevjeni l-esponiment għall-karċinoġeni relatati max-xogħol.

L-EU-OSHA tgħin biex jiġu promossi l-attivitajiet tal-Pjan Direzzjonali u jiġu appoġġati s-sħab fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u jiġu promossi l-miżuri preventivi.

Il-kampanja 2016-17 Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’kull Età tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-immaniġġjar tajjeb tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni tar-riskju matul il-ħajja tax-xogħol u t-tfassil tax-xogħol skont il-kapaċitajiet individwali — kemm fil-bidu tal-karriera ta’ ħaddiem kif ukoll lejn tmiemha.

It-tieni edizzjoni tal-Istħarriġ Ewropew tal-Intrapriżi dwar ir-Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) ġabret rispons minn ftit inqas minn 50,000 intrapriża dwar l-immaniġġjar u r-riskji fuq il-post tax-xogħol relatati mas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH), b'attenzjoni partikolari fuq il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u r-riskji psikosoċjali.