Rapport Annwali 2015 – Sommarju

Is-sommarju tar-Rapport annwali tal-2015 jagħti ħarsa ġenerali fil-qosor lejn is-sena, inkluż il-punti prinċipali kollha. Dawn jinkludu l-ewwel sejbiet tat-tieni edizzjoni tal-Istħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2); ir-riżultati prinċipali tal-proġett pilota fuq ħaddiema iktar kbar, 'Xogħol iktar sikur u b'saħħtu f'kull età'; sena ta' suċċess għall-proġett tal-Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Onlajn (OiRA) tal-EU-OSHA; u s-Samit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa, ċelebrazzjoni tas-suċċessi tal-kampanja Inqas Stress għal Aktar Saħħa fuq ix-Xogħol tal-2014-15.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | is | it | lt | lv | mt | nl | pl | ro | sk | sl | sv |