Fl-2014, l-EU-OSHA nediet proġett ta’ 3 snin biex tgħin jitjiebu r-riżultati fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) għall-MSEs kollha madwar l-Ewropa.
Il-Kampanji ta' Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa ta' sentejn jitwettqu f'iktar minn 30 pajjiż Ewropew u huma rikonoxxuti bħala l-ikbar kampanji tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol tat-tip tagħhom fid-dinja. Il-messaġġ prinċipali tagħhom huwa li l-immaniġġjar b’suċċess tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol huwa ta’ ġid għall-ħaddiema, għan-negozju u għas-soċjetà kollha.
L-Istħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) jirrapporta dwar il-ħtiġijiet tal-impjegaturi għall-appoġġ u l-kompetenza u jidentifika l-fatturi li jinkoraġġixxu jew ifixklu l-prevenzjoni tar-riskju. L-istħarriġ ġabar tweġibiet mingħand madwar 50 000 intrapriża u kopra kemm l-intrapriżi tas-settur privat kif ukoll ta' dak pubbliku f'iktar minn 30 pajjiż.