Sommarju eżekuttiv: Kuntesti u arranġamenti għas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fl-intrapriżi mikro u żgħar fl-UE – il-proġett SESAME
13/06/2016
Din il-pubblikazzjoni tagħti deskrizzjoni fil-qosor ta’ rapport li jagħti ħarsa ġenerali kritika tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OHS) fl-impriżi mikro u żgħar (MSEs). Tenfasizza mhux biss l-importanza tal-MSEs għall-ekonomija u għas-soċjetà inġenerali, iżda wkoll li hemm tħassib sinifikanti u fondat fir-rigward tal-OHS fl-MSEs. Hemm evidenza konsiderevoli li tindika riskju akbar ta’ korrimenti serji u fatalitajiet fl-MSEs milli f’organizzazzjonijiet akbar. Ġew diskussi r-raġunijiet ewlenin għal dan, fosthom il-limitazzjonijiet fuq ir-riżorsi tal-MSEs u l-post tagħhom fl-ekonomija. Fl-aħħar nett, ir-rapport jenfasizza wkoll lakuni sinifikanti fl-għarfien attwali li, jekk jiġu indirizzati, jistgħu itejbu l-arranġamenti dwar l-OHS fl-MSEs.