il-punt sa fejn l-impjegati jħossu li jkunu trattati b'mod inġust fuq il-post tax-xogħol tagħhom assoċjat man-nuqqas ta' sodisfazzjon fix-xogħol, ritaljazzjoni, u nuqqas ta' impenn f'xogħolhom
titjib fil-prodotti, fil-proċessi, fil-metodi ta' kummerċjalizzazzjoni fl-organizzazzjonijiet jew fl-istituzzjonijiet biex jinkisbu benefiċċji ambjentali akbar
it-tiġdid tal-organizzazzjoni tax-xogħol u tar-relazzjonijiet industrijali li jwassal għal prestazzjoni aħjar tal-organizzazzjoni, li tfisser produttività u tkabbir ekonomiku msaħħa, il-kapaċità ta' innovazzjoni u ta' użu u żvilupp aħjar tat-talenti umani permezz ta' titjib fil-kwalità tal-ħajja tax-xogħol, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u ħielsa mill-periklu, sodisfazzjon akbar fl-impjieg, parteċipazzjoni tal-ħaddiema, djalogu soċjali u impjiegi sostenibbli
strateġiji, kunċetti, ideat u organizzazzjonijiet ġodda li jissodisfaw il-ħtiġijiet soċjali ta' kull tip, mill-edukazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol sal-iżvilupp tal-komunità u s-saħħa
strateġiji, ideat, mudelli u servizzi organizzazzjonali ġodda li jintroduċu l-aspett ta' ħtiġijiet soċjali ta' kull xorta fil-post tax-xogħol biex tiġi indirizzata medda ta' kwistjonijiet, bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-taħriġ, l-iżvilupp tal-komunità u s-saħħa
is-sensazzjoni kontinwa ta' tħassib dwar jekk l-impjieg tal-persuna hux se jibqa' jeżisti fil-futur, li tista' tkun aggravata minn theddidiet perċepiti għal diversi aspetti ta' impjieg, bħall-kariga fi ħdan organizzazzjoni jew opportunitajiet ta' żvilupp tal-karrieranities
IA tirreferi għal sistemi li juru mġiba intelliġenti billi janalizzaw l-ambjent tagħhom u jieħdu azzjonijiet – b’ċertu grad ta’ awtonomija – biex jintlaħqu għanijiet speċifiċi. Is-sistemi bbażati fuq l-IA jistgħu jkunu purament ibbażati fuq software, li jaġixxu fid-dinja virtwali (eż. assistenti bil-vuċi, software għall-analiżi tal-immaġnijiet, magni tat-tiftix, sistemi ta’ rikonoxximent tad-diskors u tal-wiċċ) jew IA tista’ tiġi inkorporata f’apparati tal-hardware (eż. robots avvanzati, karozzi awtonomi, droni jew applikazzjonijiet tal-internet tal-oġġetti).
kimika li tista' tinterferixxi ma' sistemi endokrinali jew ormonali f'ċerti dożi u tikkawża tumuri kanċerużi, difetti fit-twelid jew disturbi oħra fl-iżvilupp
trawwim psikoloġiku multidimensjonali li jiddeskrivi stat mentali pożittiv ,ta' sodisfazzjon, relatat max-xogħol, persistenti u pervażiv li hu kkaratterizzat minn ħeġġa, dedikazzjoni u assorbiment