Il-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ DocLisboa, li sar din is-sena bejn il-21 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Ottubru f’Lisbona, il-Portugall, beda jospita l-HWFA fl-2020. Illum fid-19-il sena tiegħu, il-festival jiċċelebra d-diversità u l-vitalità kbira tal-ġeneru dokumentarju, u jippromwovi modi ġodda ta’ ħsieb, ta’ kif wieħed jara d-dinja u ta’ komunikazzjoni. Il-festival jipprovdi spazju għal diskussjoni dwar suġġetti importanti, bħall-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet soċjali.
Il-Premju tal-Films għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa (HWFA) tnieda mill-EU-OSHA fl-2009 biex jirrikonoxxi l-aħjar film dokumentarju dwar suġġetti li jikkonċernaw ix-xogħol. Id-direttur tal-film rebbieħ jirċievi EUR 5 000 fi flus bħala premju. Il-film huwa sottotitolat f’diversi lingwi tal-UE u jiġi skrinjat permezz tan-network tal-EU-OSHA u tas-sħab uffiċjali fl-Ewropa kollha. L-HWFA huwa ppreżentat bħala kategorija fil-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ DocLisboa.
Rebbieħa tal-Premju tal-Films għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2021
YOON
Pedro Figueiredo Neto, Ricardo Falcão
Il-Portugall / 2021 / 84'
YOON isegwi l-vjaġġ regolari bir-ritorn li jagħmel ir-routier Senegaliż Mbaye Sow, f’Peugeot 504 antika, tul l-4 000 km li jisseparaw iż-żewġ postijiet li huwa jsejjaħ id-dar tiegħu, il-Portugall u s-Senegal. Dan huwa vjaġġ riskjuż u ta’ solitudni lejn in-nofsinhar, mimli b’laqgħat (uħud inqas pożittivi) u b’kull tip ta’ sfidi u kompromessi, li fih persuna trid tħabbat wiċċha ma’ network kumpless ta’ relazzjonijiet u “żoni griżi”.
Nomini
- From the Wild Sea, Robin Petré, id-Danimarka / 2021 / 78'
- From the 84 Days, Philipp Hartmann, il-Ġermanja, il-Bolivja / 2021 / 109'
- Factory to the Workers, Srđan Kovačević, il-Kroazja / 2021 / 106'
- Mother Lode, Matteo Tortone, Franza, l-Italja, l-Iżvizzera / 2021 / 86'
- Les Mots de la Fin, Gaëlle Hardy, Agnès Lejeune, il-Belġju / 2021 / 72'
- Sol de Campinas, Jessica Sarah Rinland, il-Brażil / 2021 / 26'
- Oh Dear Sarah, Patricia Franquesa, Spanja, is-Serbja, in-Norveġja / 2021 / 60'
- In Spite of Ourselves, Olatz Ovejero Alfonso, Clara López, Aurora Baez, Sebastián Ramírez, Spanja / 2020 / 21'