Jekk it-tfal jibdew jitgħallmu dwar is-saħħa u s-sigurtà meta jibdew jitgħallmu kif jaqraw u jiktbu, dawn isiru parti naturali mill-mod ta’ kif jaħdmu, jilagħbu u jgħixu. Jiżviluppaw attitudni tajba lejn is-saħħa u s-sigurtà li tibqa’ magħhom tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom.

Ibda min età żgħira, ibqa’ sigur: edukazzjoni b’suċċess dwar l-OSH

L-aħjar metodu huwa li l-OSH tiġi integrata f’suġġetti individwali aktar milli tiġi mgħallma bħala suġġett għalih waħdu. It-tagħlim ibbażat fuq l-attività u l-eżempji mill-ħajja reali jgħinu biex iwasslu l-messaġġ lit-tfal u ż-żgħażagħ. Il-messaġġi ewlenin jistgħu jiġu mtennija b’modi differenti għal gruppi ta’ etajiet differenti, kemm jekk fl-iskejjel primarji kif ukoll jekk fil-kulleġġi tat-taħriġ vokazzjonali.

L-approċċ ta’ skola sħiħa huwa l-mudell ideali. L-integrazzjoni tal-OSH fl-edukazzjoni ulterjuri hija iżjed diffiċli u inqas żviluppata tajjeb, b’mod partikolari fl-universitajiet. Madankollu, japplika l-istess mudell ta' ‘istitut sħiħ’. In-netwerking u l-ħidma fi sħubija mal-awtoritajiet tal-OSH huma kontributuri ewlenin għall-integrazzjoni b’suċċess.

Integrazzjoni tal-OSH fil-ħajja tal-iskola

L-approċċ ta’ skola sħiħa jikkombina l-edukazzjoni u l-ġestjoni tal-iskola. L-istudenti u l-persunal jaħdmu flimkien biex jagħmlu l-iskola post tax-xogħol u tat-tagħlim sigur u f’saħħtu permezz ta’:

  • L-edukazzjoni dwar ir-riskji u l-ġestjoni tal-OSH, eż. bl-involviment tal-istudenti fl-identifikazzjoni tal-perikli
  • L-edukazzjoni u l-promozzjoni dwar is-saħħa, eż. inizjattivi ta’ skejjel f’saħħithom
  • Il-promozzjoni tad-dinjità u r-rispett għal kulħadd, eż. kampanji kontra l-bullying
  • Il-ħarsien tal-ambjent, eż. l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ

Għajnuniet għall-integrazzjoni b’suċċess

Minn studji ta’ każijiet nafu x’jgħin biex jaħdem l-approċċ ta’ skola sħiħa:

  • It-tmexxija mill-kap tal-iskola biex timmotiva lill-persunal u lill-istudenti
  • L-involviment tal-istudenti, il-ġenituri u l-persunal
  • Il-provvista ta’ appoġġ u għodda prattiċi; ir-riżorsa ‘
    Napo għall-għalliema
    ’ kienet ta’ għajnuna hawnhekk
  • Taħriġ għall-għalliema
  • In-netwerking bejn l-iskejjel
  • Il-kooperazzjoni bejn l-OSH u l-awtoritajiet tal-edukazzjoni
  • L-użu tal-prattika u l-ħolqien ta’ rabta bejn l-edukazzjoni dwar ir-riskji u s-suġġetti li jkunu qed jiġu mgħallma

Aktar informazzjoni:

Dawn id-dikjarazzjonijiet huma adottati mill-Bord ta’ Tmexxija bħala parti mill-istrateġija korporattiva. Jesprimu kif il-Bord jixtieq li l-Aġenzija timplimenta l-mandat tagħha.

Il-missjoni tagħna

Aħna niżviluppaw, niġbru u nipprovdu informazzjoni, analiżi u għodod affidabbli u rilevanti biex navvanzaw l-għarfien, noħolqu sensibilizzazzjoni u niskambjaw l-informazzjoni u l-prattika tajba dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) li għandha taqdi l-bżonnijiet ta’ dawk involuti fl-OSH.

Il-viżjoni tagħna

Li nkunu rikonoxxuti fuq quddiem nett tal-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa abbażi tad-djalogu tripartitiku, il-parteċipazzjoni u l-iżvilupp ta’ kultura ta’ prevenzjoni tar-riskju tal-OSH, biex niżguraw ekonomija intelliġenti, sostenibbli, produttiva u inklużiva.

L-EU-OSHA hija l-aġenzija tal-informazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali. Xogħolna jikkontribwixxi għall-Qafas Strateġiku tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol 2021-2027 u għal strateġiji u programmi rilevanti oħra tal-UE.

Sib aktar informazzjoni fl-istrateġija korporattiva u fil-programmi ta’ ħidma tagħna u fir-regolament fundaturtagħna.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli iżjed stretti biex jipproteġu l-ħaddiema imma l-leġiżlazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mal-istandards minimi. B’riżultat ta’ dan, il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa tvarja madwar l-Ewropa.

Lista tal-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni tinsab fl-aħħar ta’ kull transunt tad-direttiva fit-taqsima tal-EU-OSHA dwar id-direttivi Ewropej. Pereżempju, jekk tagħżel id-Direttiva Qafas dwar l-OSH, fl-aħħar tal-paġna ssib link għall-websajt tal-EUR-Lex li telenka l-liġijiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni għal din id-direttiva.

Il-Kummissjoni Ewropea wettqet evalwazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tad-direttivi tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) tal-UE fl-Istati Membri tal-UE (2015) li hija wkoll miġbura fil-qosor f'rapport ta' sinteżi iqsar.

Iżjed informazzjoni dwar il-liġijiet nazzjonali tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali hija disponibbli wkoll fl-artikli tal-OSHwiki dwar is-sistemi nazzjonali.

Sir af aktar dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali billi tikkuntattja l-punt fokali tal-EU-OSHA rilevanti tal-Istat Membru li inti interessat fih.

Id-Direttivi Ewropej jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi u l-prinċipji fundamentali, bħall-prinċipju tal-prevenzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji, kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-impjegaturi u l-impjegati. Serje ta’ linji gwida Ewropej għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tad-direttivi Ewropej kif ukoll l-istandards Ewropej li huma adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni.

Il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol 2021-2027, imħabbar fil-pjan ta’ azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjonijiet ewlenin meħtieġa għat-titjib tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema. Il-qafas jieħu approċċ tripartitiku, li jiffoka fuq tliet objettivi ewlenin: l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla, it-titjib tal-prevenzjoni u ż-żieda fit-tħejjija.

Iżjed informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, DĠ Impjiegi u Affarijiet Soċjali.

It-taqsimiet li ġejjin jipprovdu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea, l-implimentazzjoni tagħha u dokumenti prattiċi oħra dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol organizzati skont is-suġġett.

Hawnhekk issib fatti u figuri dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH), abbażi tar-riżultati tal-proġetti Ewropej ewlenin u tal-Istħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) tal-EU-OSHA.

Dawn is-sejbiet huma ppreżentati fl-għodod ta' viżwalizzazzjoni tad-data tagħna li huma faċli biex jintużaw, li jipprovdu ħarsa dak il-ħin ta' kif inhuma ġestiti r-riskji fuq il-postijiet tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-demografiji, u l-politiki u l-istrateġiji tal-OSH.

Nagħmlu wkoll stħarriġiet tal-opinjonijiet biex jgħinuna nifhmu kif iħossuhom in-nies dwar l-ambjent tax-xogħol tagħhom, u tista' taċċessa r-riżultati hawn taħt.

Il-ġabra ta' dawn il-fatti u figuri hija pedament tax-xogħol tagħna, u r-riżultati jgħinu lil dawk li jfasslu l-politika u lir-riċerkaturi biex jidentifikaw xejriet emerġenti.

Hawnhekk tista' ssib ir-riżorsi ewlenin tagħna kollha għaż-żieda fis-sensibilizzazzjoni u għall-ġestjoni tar-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH).

OiRA, li tissimplifika l-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol; OSHwiki bħala sors rikk ta' informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-OSH; gwidi elettroniċi li jipprovdu gwida dwar il-ġestjoni tal-OSH; infografiċi; it-toolkit tal-kampanja; il-films ta' Napo u Napo għall-għalliema; għodod ta' viżwalizzazzjoni tad-data u għodod u gwida prattika oħra.

16/06/2014

Niżżelin: en | bg | cs | da | de | nl | et | el | es | fr | hr | it | is | lv | lt | hu | mt | no | pl | pt-pt | ro | sk | sl | fi | sv |