Tip:
Rapporti
36 paġni
Impjiegi Ekoloġiċi, riskji ġodda? Riskji ġodda u emerġenti għas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fis-settur tal-elettriku
Keywords:Dan ir-rapport jiddeskrivi workshop, ibbażat fuq il-proġett tal-Previżjoni tal-EU-OSHA, li sar fi Brussell fl-20 ta’ Marzu 2014 għall-Kumitat Settorjali Ewropew għad-Djalogu Soċjali (SSDC) dwar l-Elettriku. L-objettivi kienu: 1. L-involviment f’diskussjoni dwar riskji ġodda u emerġenti fis-settur tal-elettriku mal-membri tal-SSDC dwar l-Elettriku abbażi tal-proġett tal-Previżjoni tal-EU-OSHA; 2. Li jiġi stimulat l-interess tagħhom fis-sejbiet tal-proġett rilevanti għas-settur tagħhom; u 3. Li jintwera kif jistgħu jintużaw ix-xenarji sabiex jiġu antiċipati riskji ġodda u emerġenti u sabiex jiġu esplorati opzjonijiet tal-politika sabiex dawn jiġu indirizzati.