ESENER 2019 Nota ta’ informazzjoni dwar il-politika

Keywords:

Din il-pubblikazzjoni tippreżenta sommarju tas-sejbiet ewlenin tal-istħarriġ ESENER tal-2019, li jiżvela l-fatturi ta’ riskju li l-postijiet tax-xogħol huma l-aktar ikkonċernati dwarhom, il-livell ta’ involviment tal-ħaddiema f’miżuri biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u r-raġunijiet għaliex il-postijiet tax-xogħol qegħdin iġestixxu s-sigurtà u s-saħħa, jew le. Għall-ewwel darba, ir-riżultati juru kif is-sitwazzjoni nbidlet meta mqabbla mal-istħarriġ preċedenti fl-2014 u jinkludu taqsima dwar il-kwistjoni emerġenti tad-diġitalizzazzjoni.

Ir-riżultati tal-istħarriġ huma ta’ interess, għal dawk li jfasslu l-politika u għall-impjegaturi, fost oħrajn; dawn jgħinuna biex nifhmu l-ħtiġijiet tal-postijiet tax-xogħol biex il-ħaddiema jkunu aktar protetti u jiżguraw il-benesseri tagħhom.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | fi | hu | is | lt | no | pt | ro | sk | sv |