Infezzjoni tal-COVID-19 u COVID fit-tul – gwida għall-maniġers

Keywords:

Il-maniġers għandhom rwol vitali biex jgħinu lill-impjegati jirritornaw għax-xogħol wara COVID-19 akut jew COVID fit-tul. Din il-gwida tistabbilixxi l-passi li l-maniġers għandhom jieħdu biex jagħtu lill-ħaddiema tagħhom l-aħjar opportunità li jirritornaw għax-xogħol u jibqgħu jaħdmu hemm.

Din tkopri l-kuntatt mal-impjegat, l-arranġament ta’ ritorn imqassam f’fażijiet u diskussjoni dwar l-aġġustamenti għad-dmirijiet u l-iskedi tal-ħaddiema biex ikunu jistgħu jkampaw. Il-gwida tiddeskrivi wkoll l-appoġġ li hu disponibbli għall-maniġers mis-servizzi tas-saħħa okkupazzjonali u mir-riżorsi umani.

Il-ħaddiema se jeħtieġu livelli differenti ta’ appoġġ skont ir-rwol tagħhom u kwalunkwe sintomu li jkun għad għandhom, għalhekk hu importanti li l-ħtiġijiet tagħhom jinstemgħu u jiġu ċċekkjati b’mod regolari.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | is | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | ro | sk | sl | sv |