F’postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għal virus, li jappartjeni għall-kategorija aġenti bijoloġiċi, l-impjegaturi jridu jwettqu valutazzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol u jistabbilixxu miżuri xierqa. Il-gwida ppreżentata f’din il-paġna għandha l-għan li tappoġġa lill-impjegaturi f’dawn id-dmirijiet. Ir-rekwiżiti legali minimi huma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Aġenti Bijoloġiċi. Aktar informazzjoni dwar is-suġġett tista’ tinstab fit-taqsima tagħna dwar sustanzi perikolużi (is-subtaqsima aġenti bijoloġiċi).

Gwida tal-UE

X’jistgħu jagħmlu fil-prattika l-postijiet tax-xogħol biex jgħinu jindirizzaw din il-pandemija u jipproteġu lill-impjegati? L-għarfien u s-sensibilizzazzjoni huma ewlenin — kulħadd għandu jkun infurmat sew dwar kif jinfirex il-virus, is-sintomi tal-infezzjoni u kif għandu jitnaqqas l-esponiment. Il-gwida tagħna tgħin lill-organizzazzjonijiet jipprovdu lill-impjegati l-informazzjoni li jeħtieġu u jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu l-infezzjoni.

L-impatt tal-Covid fit-Tul fuq il-ħaddiema u l-postijiet tax-xogħol u r-rwol tal-OSH

COVID-19: Lura għall-post tax-xogħol — L-adattament tal-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema (a verżjoni PDF)

Gwida dwar ir-ritorn għax-xogħol wara l-COVID-19 u l-COVID fit-tul għall-ħaddiema li qed jirkupraw

Gwida dwar ir-ritorn għax-xogħol wara l-COVID-19 u l-COVID fit-tul għall-maniġers

Kunsiderazzjonijiet dwar l-użu ta’ testijiet rapidi tad-detezzjoni tal-antiġeni (inklużi l-awtotestijiet) għas-SARS-CoV-2 f’ambjenti ta’ postijiet tax-xogħol

COVID-19: guidance for the workplace

Ipprova l-għodda tal-valutazzjoni tar-riskju OiRA tal-COVID-19

Vidjo dwar is-sensibilizzazzjoni Napo fi...waqqaf il-pandemija

Telexogħol

Fil-kuntest attwali ta’ konfinament minħabba l-pandemija tal-COVID-19, miljuni ta’ ħaddiema Ewropej qed jiġu mġiegħla jaħdmu mid-dar full-time biex inaqqsu r-riskju li jieħdu l-virus. Realtà ġdida li tista’ tħalli impatt fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna. Il-gwida turi kif il-persuni jistgħu jipproteġu lilhom infushom b’mod effettiv waqt telexogħol ibbażat fid-dar.

Suġġerimenti prattiċi biex it-telexogħol ibbażat fid-dar iġib is-saħħa ’l quddiem, ikun sikur u effettiv kemm jista’ jkun

Bażi tad-data tal-MSD ta’ għodod prattiċi u gwida: telexogħol

Vidjo dwar is-sensibilizzazzjoni Napo qed...jaħdem mid-dar biex iwaqqaf il-pandemija

Riżorsi minn organizzazzjonijiet tal-UE u internazzjonali

Kummissjoni Ewropea: Guidelines for the protection of seasonal workers

Kummissjoni Ewropea: Factsheet on the protection of seasonal workers 

European Commission: webpage on COVID-19

European Commission: data portal for researchers

European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC)

COVID-19 EU PolicyWatch by Eurofound

International Labour Organization (ILO)

World Health Organization (WHO) 

Aġenti bijoloġiċi

Aħna għandna l-għan li nuru s-sensibilizzazzjoni dwar l-esponiment għal dawn il-perikli fuq il-post tax-xogħol u nipprovdu aktar informazzjoni dwar il-problemi tas-saħħa assoċjati, li ma jinkludux biss il-mard infettiv iżda anke l-kanċer u l-allerġiji.

Aġenti bijoloġiċi u mard relatat max-xogħol: riżultati ta’ rieżami tal-letteratura, stħarriġ tal-esperti u analiżi tas-sistemi ta’ monitoraġġ

Aġenti bijoloġiċi u l-prevenzjoni ta’ mard relatat max-xogħol: rieżami 

Epidemiji u l-Post tax-Xogħol

Aġenti bijoloġiċi

Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati għal ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa

Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati f’okkupazzjonijiet relatati mal-annimali

Aġenti bijoloġiċi u mard relatat max-xogħol assoċjat f’okkupazzjonijiet li jinvolvu l-ivvjaġġar u l-kuntatt ma’ vjaġġaturi

L-esponiment għal aġenti bijoloġiċi u l-effetti relatati fuq is-saħħa fis-setturi tal-ġestjoni tal-iskart u tat-trattament tal-ilma mormi

Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati fil-kultivazzjoni tar-raba’

20/04/2020

Niżżelin: en | bg | cs | da | de | nl | et | el | es | fr | hr | it | is | lv | lt | hu | mt | no | pl | pt-pt | ro | sk | sl | fi | sv |

20/04/2020

Niżżelin: en | bg | cs | da | de | nl | et | el | es | fr | hr | it | is | lv | lt | hu | mt | no | pl | pt-pt | ro | sk | sl | fi | sv | tr |

Ġew żviluppati għadd ta’ għodod u dokumenti ta’ gwida mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet Ewropej, mill-assoċjazzjonijiet tan-negozju, mis-sħab soċjali u minn atturi oħra biex jgħinu lill-intrapriżi biex jagħmlu valutazzjonijiet komprensivi u effettivi tar-riskju. Dawn l-għodod jirrappreżentaw varjetà wiesgħa ta’ approċċi biex is-sustanzi perikolużi jiġu maniġġjati b’mod effettiv. Ħafna drabi dawn ikopru operazzjonijiet tax-xogħol speċifiċi, bħal pereżempju il-mili u l-ippumpjar ta’ likwidi jew il-proċessi tal-iwweldjar. Sorsi oħra jaħtu ħarsa ġenerali komprensiva ta’ ċerti gruppi ta’ sustanzi bħal pereżempju s-sensitizzaturi, jew jenfasizzaw ir-riskji tipiċi f’ċerti setturi.

Barra minn hekk, apparti li jappoġġjaw valutazzjoni tar-riskju ta’ kwalità għolja, ħafna minn dawn l-għodod jinkludu soluzzjonijiet prattiċi, u jispjegaw kif jitnaqqsu r-riskji f’sitwazzjonijiet tax-xogħol komuni li jinvolvu l-espożizzjoni għas-sustanzi perikolużi. Hemm għodod li jappoġġjaw atturi speċifiċi, bħal pereżempju l-ispetturi tax-xogħol, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fost ħafna oħrajn. Għalhekk, huwa ta’ min tesplora s-sit biex issir taf dwar l-għajnuna li qed tiġi offruta.

Sabiex ikun faċli għall-postijiet tax-xogħol biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskji MSD, il-bażi ta’ data tagħna, li hi faċli biex tintuża, tinkludi varjetà ta’ għodda prattika u materjal ta’ gwida żviluppati fil-livelli nazzjonali u tal-UE.

Ir-riżorsi jinkludu studji tal-każijiet u materjali viżwali u jkopru firxa wiesgħa ta’ setturi, tipi ta’ periklu u miżuri ta’ prevenzjoni. Xi wħud huma mmirati speċifikament lejn ċerti atturi, pereżempju l-impjegaturi, il-ħaddiema jew il-maniġers, u xi wħud lejn il-ġestjoni ta’ MSDs fost gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema. Ir-riżorsi jistgħu jiġu ffiltrati skont kwalunkwe waħda minn dawn jew skont varjetà ta’ kategoriji oħra, għaldaqstant ma jistax ikun aktar faċli biex issib eżattament dak li qed tfittex.

Il-bażijiet tad-data tagħna ta’ għodod prattiċi u ta’ gwida li huma faċli biex jintużaw jagħmluha faċli għall-postijiet tax-xogħol biex jivvalutaw u jiġġestixxu r-riskji tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali tagħhom. Żviluppati fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, ir-riżorsi jinkludu links għas-siti web, listi ta’ kontroll, għodod, studji ta’ każijiet u materjali viżivi. Dawn ikopru firxa wiesgħa ta’ setturi, tipi ta’ periklu u miżuri ta’ prevenzjoni.

Inti tista’ tiffiltra r-riżorsi permezz tal-pajjiż u l-lingwa, is-settur, il-kompiti, il-gruppi ta’ ħaddiema u s-suġġetti, fost oħrajn.

Ħu l-ħin tiegħek biex tesplora dak kollu disponibbli għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jġibu aktar ’il quddiem is-saħħa.