86295-0.jpg

Gwida għall-kampanja - Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jnaqqsu l-Piż

Keywords:

Din il-gwida għall-Kampanja tal-EU-OSHA tal-2020-2022 dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa se tgħidlek dak kollu li teħtieġ tkun taf biex tinvolvi ruħek fil-kampanja, inklużi d-dati ewlenin u l-links għal riżorsi ta’ għajnuna. Id-disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol (MSDs) huma komuni ħafna fost il-ħaddiema fl-Ewropa, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni effettiva tagħhom għandhom ikunu prijorità ewlenija għall-impjegaturi.

Filwaqt li tinkludi studji ta’ każijiet u suġġerimenti prattiċi, il-gwida tiddeskrivi kif il-kollaborazzjoni bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi hija essenzjali għall-ħolqien ta’ kultura b’saħħitha ta’ prevenzjoni tar-riskju. Din tħares ukoll lejn l-importanza tal-intervent bikri u tgħin lill-ħaddiema b’MSDs jirritornaw għax-xogħol, kif ukoll tikkunsidra min huwa f’riskju partikolari u għaliex huwa importanti li tiġi promossa saħħa muskoloskeletali tajba minn età bikrija.

Niżżel in: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hr | hu | is | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | ro | sk | sl | sv | tr |