It-titjib tal-konformità mar-regolamenti dwar l-OSH

© EU-OSHA/Jim Holmes
Hekk kif l-istruttura, l-organizzazzjoni u l-kontroll tax-xogħol ikomplu jinbidlu, l-iżgurar li n-negozji jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) qed isir aktar importanti minn qatt qabel. L-attività tal-EU-OSHA dwar l-appoġġ tal-konformità mal-OSH (2021-2024) tħares lejn il-fatturi li jinfluwenzaw il-konformità mal-istandards tal-OSH, bl-għan li jitrawwem kuntest organizzazzjonali li jappoġġa l-isforzi tal-kumpaniji biex jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.
It-titjib tal-konformità mal-OSH fl-intrapriżi
Il-konformità mar-regolamenti tal-OSH tista’ tkun ta’ sfida, b’mod partikolari għall-Intrapriżi mikr u żgħar (MSEs). Madankollu, riċerka preċedenti tal-EU-OSHA ssib li ċerti fatturi esterni għandhom influwenza b’saħħitha fuq il-konformità mal-OSH:
- infurzar legali tar-regolamenti
- influwenzi tal-katina tal-provvista
- servizzi esterni tal-OSH
- normi soċjali jew settorjali
- appoġġ finanzjarju.
Din l-attività għandha l-għan li twettaq segwitu ta’ dawn is-sejbiet, billi tirrieżamina t-tipi ta’ appoġġ disponibbli u tesplora strateġiji innovattivi għall-appoġġ tal-konformità. Għalkemm l-MSEs qegħdin fil-fokus, ir-rwol importanti li l-kumpaniji akbar kellhom fil-ħolqien ta’ ambjent li jippromwovi l-konformità hu meqjus ukoll.
Fażijiet tal-programm ta’ riċerka
Wara rieżami globali inizjali tal-konformità mal-OSH, żewġ fergħat kbar tar-riċerka ġew identifikati għal aktar studji fid-dettall:
- L-ewwel waħda tirrelata ma’ approċċi bbażati fuq is-suq għall-promozzjoni tal-OSH, u tħares lejn il-politiki u l-istrateġiji li jinfluwenzaw ir-relazzjonijiet fil-katina tal-provvista għat-titjib tal-konformità mar-regolamenti dwar l-OSH, u tiffoka b’mod partikolari fuq is-setturi agroalimentari u tal-kostruzzjoni.
- It-tieni fergħa tiffoka fuq l-influwenzi tal-istat, jiġifieri, approċċi regolatorji u ta’ infurzar biex tiġi żgurata konformità mal-OSH, biex jiġu identifikati prattiki innovattivi adottati mill-ispettorati u mis-servizzi ta’ prevenzjoni għall-appoġġ tal-OSH.
L-impatt tal-COVID-19 fuq il-konformità mal-OSH
Ir-rieżami globali jidentifika wkoll il-ħtieġa li jiġi eżaminat il-mod li bih l-isfidi li rriżultaw mill-COVID-19 jaffettwaw il-konformità mal-OSH. Dan isir l-aktar ovvju fis-setturi agroalimentari u tal-kostruzzjoni, peress li l-ħaddiema f’dawn is-setturi huma fost dawk l-aktar affettwati mill-pandemija u mill-interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista. Ir-riċerka għandha l-għan li tinforma l-iżvilupp tal-politiki li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol billi jgħinu lin-negozji biex jikkonformaw mar-regolamenti dwar l-OSH.
Riżorsi relatati
Pubblikazzjonijiet relatati
Analysis of findings from ESENER 3 on prevention services to supporting OSH in Europe
The Role of Sanctions in European Labour Inspection Policy and Practice
This monitoring and enforcement by Labour Inspectors is carried out in two basic ways. The first is by Labour Inspectors visiting enterprises to assess the level of OSH. If they find that OSH standards are not sufficient to comply with relevant legislation, they can ask for the necessary remedies or they can resort to using sanctions and legally compel enterprises to improve safety. The second way is encouraging improvements in OSH by organising safety campaigns whereby Labour Inspectorates target specific categories of enterprises.
Assessing the most effective strategies for Labour Inspector activities to support compliance and ensure OSH is subject to much debate and centres on two key areas of research. The first involves how Inspectorates should best deploy their limited number of Labour Inspectors to monitor and enforce OSH. The second refers to how individual Labour Inspectors can best support compliance when they visit enterprises. This article will mainly discuss Labour Inspector sanction policy and practice, to support OSH compliance by enterprises.