Dan ir-rapport jiġbor flimkien is-sejbiet ewlenin tar-riċerka l-aktar reċenti tal-EU-OSHA dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali. Dan jidentifika l-isfidi tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali bħall-pressjoni tal-ħin u l-ammont kbir ta’ xogħol, iżda jindirizza wkoll l-opportunitajiet għall-ħaddiema tal-pjattaformi, pereżempju awtonomija u flessibbiltà akbar. Ir-rapport jippreżenta regolament, politiki u prattiki. Jipprovdi wkoll konklużjonijiet ewlenin għal dawk li jfasslu l-politika u li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Erba’ studji tal-każijiet ġodda jesploraw ir-riskji u l-isfidi tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) tal-ħaddiema tal-pjattaformi diġitali li jwettqu konsenja tal-pakketti, xogħol bl-idejn, rieżami tal-kontenut online, jew programmazzjoni mill-bogħod. Il-biċċa l-kbira tar-riskji huma speċifiċi għat-tip tax-xogħol fuq il-pjattaformi u jvarjaw minn irfigħ ta’ oġġetti tqal u xogħol f’pożizzjonijiet skomdi sa abbuż verbali, bullying u fastidju, filwaqt li oħrajn, inkluż sigħat tax-xogħol twal jew nuqqas ta’ sigurtà tal-impjiegi huma komuni.