Ix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali: ħarsa ġenerali lejn ir-regolament, il-politiki, il-prattiki u r-riċerka

Keywords:

It-teknoloġiji diġitali qed jittrasformaw id-dinja tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea. Il-pjattaformi tax-xogħol diġitali huma fiċ-ċentru ta’ din il-bidla. Minkejja l-opportunitajiet ġodda ta’ impjieg li jipprovdu, il-komunitajiet xjentifiċi u ta’ politika qajmu tħassib dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tax-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali, inkluż fil-qasam tas-sikurezza u s-saħħa.

Dan ir-rapport jitfa’ dawl fuq is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) fix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali. Jippreżenta wkoll l-evidenza l-aktar reċenti dwar l-isfidi u l-opportunitajiet tal-OSH f’dan it-tip ta’ xogħol u jeżamina kif dawn qed jiġu indirizzati.

Ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-regolament, il-politiki, il-prattiki u r-riċerka li jindirizzaw l-OSH fix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali. Jinkludi wkoll konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet għal diversi partijiet ikkonċernati filwaqt li jqis it-tipi differenti ta’ xogħol fuq il-pjattaformi. 

Niżżel in: en