Xogħol aktar sikur u aktar favur is-saħħa f’kull età - Rapport finali ta' analiżi ġenerali - Dokument ta’ informazzjoni
03/11/2016
Din l-iskeda informattiva hija sommarju konċiż tar-rapport dwar is-sejbiet prinċipali ta’ proġett pilota għal tliet snin mniedi mill-Parlament Ewropew, taħt id-direzzjoni tal-EU-OSHA dwar l-isfidi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ippreżentati minn forza tax-xogħol li qed tixjieħ.
Is-sejbiet huma bbażati fuq reviżjonijiet dwar it-tixjiħ u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, ir-riabilitazzjoni u r-ritorn għax-xogħol; fuq eżaminazzjoni tal-politiki, programmi u inizjattivi attwali għal xogħol sostenibbli, inklużi dawk relatati mar-riabilitazzjoni u r-ritorn għax-xogħol, fit-28 Stat Membru tal-UE u l-erba’ pajjiżi tal-EFTA; u dwar analiżi tal-ixprunaturi għall-implimentazzjoni tal-prattiki li jippromwovu l-prevenzjoni u s-saħħa għal forza tax-xogħol li qed tixjieħ fuq il-post tax-xogħol.
Barra minn hekk, il-proġett kellu l-għan li jivvaluta l-prerekwiżiti għal sistemi relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol sabiex titqies forza tax-xogħol li qed tixjieħ u tiġi żgurata prevenzjoni aħjar għal kulħadd matul il-ħajja tax-xogħol.