08/03/2021

Niżżelin: en | bg | de | nl | el | fr | pl | sk | sv | tr |
Openin: en
Niżżelin: en

Mill-2007, meta Napo introduċa l-film tiegħu Ħaffef il-Piż biex iżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-problemi muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol, il-prevalenza li għadha għolja ta’ din il-problema serja tas-saħħa fl-Ewropa, ispirat lil Napo biex jippreżenta 6 filmati ġodda, għal darb’oħra mimlijin umoriżmu u pariri tajbin.

Qed tittex li tespandi l-għarfien tiegħek dwar l-immaniġġjar tal-problemi muskuloskeletali (MSDs) kroniċi fuq il-post tax-xogħol?

Artikli ċari u konċiżi tal-OSHwiki jippreżentaw fatti ewlenin u pariri dwar il-ħidma bi problemi rewmatiċi u muskoloskeletali (RMDs), strateġiji ta’ intervent bikri u l-immaniġġjar tal-uġigħ fin-naħa ta’ isfel tad-dahar. U l-bażi tad-data tagħna faċli biex tfittex hija mimlija bi studji tal-każ, riżorsi viżivi u għodod prattiċi u gwida dwar is-suġġett.

Hekk kif tiżdied l-età tal-popolazzjoni attiva tal-Ewropa, hekk ukoll jiżdiedu l-possibbiltajiet li l-ħaddiema jkollhom problemi muskoloskeletali (MSDs) kroniċi. Iżda — bl-appoġġ adattat — dawk b’kundizzjonijiet kroniċi jistgħu jkomplu jaħdmu.