L-agrikoltura u l-forestrija: settur bi sfidi serji għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali

Keywords:

L-agrikoltura u l-forestrija huwa wieħed mill-aktar setturi tax-xogħol perikolużi fl-Ewropa, b’livell għoli ta’ aċċidenti li jinvolvu l-vetturi, il-makkinarju u l-immaniġġjar tal-bhejjem. L-esponiment għall-pestiċidi kimiċi, il-vibrazzjonijiet, l-istorbju u l-istress jippreżentaw ukoll riskji għas-sikurezza u s-saħħa.

Kif tispjega n-nota tal-politika l-ġdida tagħna, is-soluzzjonijiet mhumiex sempliċi. It-teknoloġiji l-ġodda u d-diġitalizzazzjoni tal-prattiki tax-xogħol se jġibu magħhom xi titjib fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, iżda jistgħu wkoll jintroduċu perikli ġodda. Biex l-isfidi tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jiġu indirizzati b’suċċess, in-nota tirrakkomanda li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi adattata għaċ-ċirkustanzi li qed jinbidlu tal-bdiewa u tal-forestiera, li pereżempju jirriżultaw mill-impatt tat-tibdil fil-klima jew ix-xejriet tas-suq tax-xogħol, u li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ rappurtar ta’ kwistjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali fis-settur.

Niżżel in: Me | bs | de | en | es | hr | lt | mk | ro | sk | sl | sq | sr | sv |