Iż-żieda f’daqqa fit-telexogħol mid-dar matul il-pandemija tal-COVID-19 poġġiet lill-ħaddiema f’riskju akbar ta’ disturbi muskoloskeletali u problemi ta’ saħħa mentali.
Rapport ġdid iħares lejn dawn ir-riskji, il-benefiċċji u l-problemi li jinħolqu mit-telexogħol, u r-regolamenti tal-UE fis-seħħ għall-protezzjoni tal-ħaddiema. Dan jintwera b’eżempji minn setturi differenti f’diversi pajjiżi ta’ prattiki tajba ta’ telexogħol adottati matul il-pandemija u jenfasizza l-importanza tal-valutazzjoni tar-riskju.