Sommarju - Ħidma b’MSDs kroniċi — pariri dwar prattika tajba
Keywords:Dan ir-rapport jagħti ħarsa fil-fond lejn ix-xogħol b’mard muskoloskeletali kroniku (MSDs) u jenfasizza b’mod ċar il-benefiċċji li dawk li għandhom kundizzjonijiet kroniċi jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu.
Jenfasizza l-importanza li jitfasslu postijiet tax-xogħol inklużivi u jistabbilixxi prinċipji għall-ġestjoni ta’ MSDs kroniċi, bil-prevenzjoni, l-intervent bikri, u r-riabilitazzjoni effettiva u parteċipattiva u l-ippjanar ta’ ritorn lejn ix-xogħol li jkunu identifikati bħala fatturi ewlenin.
Eżempji ta’ prattika tajba jiddeskrivu firxa wiesgħa ta’ aġġustamenti fuq il-post tax-xogħol magħmula biex jakkomodaw individwi b’MSDs, mill-offerta ta’ ħin flessibbli sal-provvista ta’ għodod u tagħmir ergonomiku xieraq. Dan il-parir prattiku komprensiv huwa kkumplimentat minn rakkomandazzjonijiet usa’ għal dawk li jfasslu l-politika.