Cover of the case study: Portugal: Digital systems for occupational safety and health monitoring, prevention and alerting in waste management

Il-Portugall: Sistemi diġitali għall-monitoraġġ, il-prevenzjoni u t-twissija tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-immaniġġjar tal-iskart

Keywords:

Il-ħaddiema li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-iskart solidu spiss jaħdmu f’iżolament jew f’faċilitajiet storbjużi b’ċineg trasportaturi. Jekk ħaddiem ikorri, jaqa’ jew jintilef minn sensih, dewmien fir-rispons għall-emerġenza jista’ jkollu konsegwenzi severi. Għal din ir-raġuni Amarsul, kumpanija tal-ġestjoni tal-iskart fil-Portugall, investiet f’teknoloġiji diġitali li jimmonitorjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħha. Apparati li jintlibsu, pereżempju, mal-ewwel jinfurmaw lis-sigurtà biex tibgħat assistenza medika meta ħaddiem jiġi immobilizzat, u s-sistemi awtomatiċi tal-illokkjar taċ-ċineg trasportaturi jipprevjenu inċidenti serji fil-faċilitajiet.

Amarsul hija waħda mill-eżempji rebbieħa tas-16-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba f’Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tar-riskji marbuta mad-diġitalizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Niżżel in: en | pt |