L-Italja: Soluzzjonijiet diġitali għas-sigurtà u s-saħħa fil-biedja ta’ preċiżjoni fix-xogħol tal-vinji
14/05/2025
Il-kultivazzjoni ta’ vinji teħtieġ l-użu ta’ għodod immuntati fuq tratturi, li l-operaturi jridu jinnavigaw tul korsiji dojoq, filwaqt li fl-istess ħin jimmonitorjaw l-għodod. Dan jitlob preċiżjoni u attenzjoni kostanti biex jiġu evitati l-inċidenti u l-korrimenti. Biex tiżgura s-sikurezza u s-saħħa tal-operaturi tiegħu, il-fabbrika tal-inbid Perla del Garda adottat soluzzjoni diġitali li tippermetti lit-trattur “isuq waħdu.” Dan itaffi l-istress u jippermetti lill-operaturi jiffukaw fuq l-għodod. Sadanittant, is-sistema awtomatika twissihom mill-ewwel dwar ostakli u perikli potenzjali.
Perla del Garda hija waħda mill-eżempji rebbieħa tas-16-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tar-riskji marbuta mad-diġitalizzazzjoni fuq il-post tax-xogħol.