Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2020-2022

Keywords:

Dan il-ktejjeb juri eżempji ta’ prattika tajba ppremjati u mfaħħra tal-15-il Kompetizzjoni ta’ Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, u jagħti rikonoxximenti lill-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs) fuq il-post tax-xogħol.

Il-premjijiet 2020-22 jiffokaw fuq kumpaniji u organizzazzjonijiet żgħar u kbar li juru impenn eċċellenti fl-identifikazzjoni b’mod attiv tar-riskji u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi u effettivi li jnaqqsu jew jeliminaw it-theddida ta’ MSDs relatati max-xogħol.

L-eżempji huma sostenibbli tul iż-żmien u jistgħu jiġu ttrasferiti lil negozji, setturi jew Stati Membri oħra, filwaqt li jżidu l-valur għall-prattiki eżistenti, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-maġġoranza tal-intrapriżi Ewropej, jiġifieri l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

Niżżelin: en