Il-Ġermanja: Il-promozzjoni tas-saħħa muskoloskeletali fl-industrija tas-software permezz tal-ergonomija

Keywords:

Il-biċċa l-kbira tal-impjegati tal-korporazzjoni multinazzjonali Ġermaniża tas-software SAP SE jaħdmu fl-uffiċċji tagħhom, u b’hekk dawn jiġu esposti għal problemi ergonomiċi. SAP SE żviluppat bażi ta’ data ta’ għarfien estensiv li fiha riżorsi u gwida għall-promozzjoni tal-ergonomija u l-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs). Din tinkludi pariri dwar l-użu tal-karozzi tan-negozju u x-xogħol fuq is-siti tal-klijenti. Suġġetti dwar is-sikurezza u s-saħħa bħall-ergonomija huma indirizzati f’laqgħat tat-tim u jiġu offruti wkoll trattamenti fiżjoterapewtiċi.

Il-ħaddiema saru aktar konxji u involuti fit-trattament ta’ suġġetti li jinvolvu l-prevenzjoni. SAP SE hija waħda mir-rebbieħa tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.

Niżżel in: de | en | nl |