L-Awstrija: Il-prevenzjoni ta’ strapazz fid-dahar fil-produzzjoni tal-konkrit

Keywords:

Il-ħaddiema fil-kumpanija tal-materjali Awstrijaka, Rohrdorfer Transportbeton GmbH, kienu f’riskju ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs) bħal strapazz fid-dahar mill-irfigħ u l-iżvujtar b’mod manwali ta’ pakketti tqal fi trakkijiet li jħalltu l-konkrit. Bis-saħħa ta’ scissor lift introdott mill-kumpanija biex tnaqqas l-MSDs, l-impjegati issa jaħdmu b’mod aktar sigur u għandhom inqas assenzi b’mod konsiderevoli minħabba l-istrapazz fid-dahar/fis-sinsla tad-dahar. Rohrdorfer Transportbeton GmbH hija waħda mill-eżempji mfaħħra tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.

Niżżel in: de | en | nl |