L-Italja: Metodi operattivi ġodda u makkinarju adattat għall-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali fil-ħasil tal-ħwejjeġ
Keywords:Servizi Italia Spa, fornitur ta’ servizzi tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-isterilizzazzjoni lis-settur tal-kura tas-saħħa, introduċa metodi operattivi ġodda u bidliet fil-postijiet tax-xogħol tiegħu biex jiġu pprevenuti d-disturbi muskoloskeletali (MSDs). Il-ħaddiema ġew filmati waqt li kienu lebsin sensuri tal-Wi-Fi biex jiġu viżwalizzati u analizzati b’mod diġitali l-movimenti tagħhom ħalli jiġu identifikati ir-riskji tal-MSD tagħhom. Is-soluzzjonijiet kienu jinkludu aġġustamenti għall-għoli tax-xogħol, sistema awtomatika ta’ tneħħija tal-lożor tas-sodda, rotazzjoni tal-impjiegi u taħriġ fuq il-post tax-xogħol. Il-kumpanija żiedet ukoll is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji għas-saħħa kif ukoll l-għarfien dwarhom.
Servizi Italia Spa huwa wieħed mir-rebbieħa tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.