Tip:
Studji tal-Każijiet
3 paġni
Il-Belġju: L-integrazzjoni tal-ergonomija fil-kultura korporattiva fi grupp ta’ sptarijiet
Keywords:Il-grupp ta’ sptarijiet, GZA Ziekenhuizen, mill-Belġju ried irawwem kultura ta’ ergonomija sostenibbli fl-organizzazzjoni kollha kemm hi. Biex jinkiseb dan, ikkonsultaw esperti iżda talbu wkoll lill-impjegati fil-livelli kollha biex jipparteċipaw b’mod attiv. B’riżultat ta’ dan, ġiet żviluppata politika dwar l-ergonomija li tintegra b’suċċess l-ergonomija fil-kultura korporattiva. GZA Ziekenhuizen hija waħda mill-eżempji mfaħħra tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.