Tip:
Studji tal-Każijiet
4 paġni
L-Italja: L-applikazzjoni tal-ergonomija parteċipattiva għat-titjib tas-sigurtà tal-ħaddiema tal-manutenzjoni tat-tessuti
Keywords:It-tip ta’ sforz fiżiku meħtieġ mill-ħaddiema tal-manutenzjoni fil-kumpanija Taljana tar-raden, Zegna Baruffa Lane Borgosesia, żied ir-riskju ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs). Twettaq intervent parteċipattiv dwar l-ergonomija li involva taħriġ għall-prevenzjoni tal-MSDs, li tejjeb is-sigurtà ta’ 40 impjegat li jaħdmu mal-impjant industrijali. Zegna Baruffa Lane Borgosesia hija waħda mill-eżempji mfaħħra tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.