Tip:
Studji tal-Każijiet
3 paġni
In-Netherlands: L-awtomatizzazzjoni tal-istivar ta’ ċestuni u kaxex għat-tnaqqis ta’ irfigħ b’mod manwali f’kumpanija li tkabbar il-ħaxix
Keywords:Il-ħaddiema fil-kumpanija Netherlandiża tat-tkabbir tal-ħaxix, Verdonk Broccoli, kienu suxxettibbli li jiżviluppaw disturbi muskoloskeletali (MSDs), speċjalment meta jerfgħu u jistivaw iċ-ċestuni u l-kaxex. Biex jiġu evitati l-MSDs u biex jitnaqqsu l-istrapazz fiżiku u l-irfigħ b’mod manwali, inxtraw magni li jqegħdu merkanzija fuq pjattaformi għall-ġarr (palletisers). B’riżultat ta’ dan, hemm inqas ilmenti u assenzi minħabba s-saħħa, u tnaqqis ta’ 30 % fid-dawran tal-impjegati. Verdonk Broccoli hija waħda mill-eżempji mfaħħra tal-15-il kompetizzjoni tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, li tirrikonoxxi l-prevenzjoni u l-ġestjoni b’suċċess tal-MSDs.