Factsheet 86 - Il-prevenzjoni tal-periklu għall-ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif
21/10/2009
It-tindif isir f’kull post tax-xogħol. L-industrija tat-tindif innifisha hija settur li qiegħed jikber, minħabba li huwa servizz li qiegħed dejjem aktar jitpoġġa għall-offerti. Filwaqt li hemm kuntratturi tat-tindif kbar ħafna, is-settur huwa ddominat minn negozji żgħar, li ħafna minnhom jimpjegaw inqas minn 10 ħaddiema. It-tindif huwa kompitu essenzjali, u wieħed li meta jsir sew jista’ jnaqqas kemm ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kif ukoll l-ispejjeż għan-negozju, pereżempju permezz tal-estensjoni tal-ħajja tat-tagħmir u tal-għamara tal-post tax-xogħol, u ż-żamma tal-uċuħ tal-art f’kundizzjoni tajba. F’xi industriji, bħas-setturi talikel u tal-kejtering, it-tindif li ma jsirx sewwa jista’ jikkawża l-falliment ta’ negozju.