Factsheet 79 - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-Lukandi, ir-Ristoranti u l-Kejtering
15/02/2008
Is-settur tal-lukandi, tarristoranti u tal-forniment ta’ l-ikel (Horeca) ikopri l-lukandi, il-ħwienet taxxorb, il-pubs, ir-ristoranti, il-kejterers b’kuntratt, il ħwienet li jservu l-ikel ta’ malajr għal barra, ilkafeteriji u l-bistros. Huwa settur importanti li joħloq ix-xogħol fil qasam tas-servizzi u, għal ħafna Stati Membri ta’ l-UE, fl-ekonomija b’mod ġenerali. Dan is settur li qiegħed jikber attwalment jimpjega iżjed minn 7.8 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea. Din il-folja bil-fatti tippreżenta s-sejbiet prinċipali tar-rapport dwar il-prevenzjoni fil-Horeca. L-għan tiegħu huwa li jagħti ħarsa ġenerali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS), jidentifika prattika tajba, u jeżamina l-bidliet prinċipali fil-qasam ta’ l-impjieg u dawk ekonomiċi li qegħdin iseħħu fis-settur.