Skeda Informattiva 100 – Linji politiċi Ewropej u eżempji ta’ prattika tajba relatati mal-Legionella u l-marda tal-Legionnaires

Keywords:

Il-marda tal-Legionnaires normalment titqies bħala kwistjoni tas-saħħa pubblika aktar milli kwistjoni tas-saħħa relatata max-xogħol, minkejja li ta’ spiss tolqot lill-ħaddiema f’postijiet b’riskju għoli ta’ tifqigħa tal-marda (li jinkludu bini fejn ikunu preżenti magni tal-irxiex, kliniċi għall-kirurġiji dentali, installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass fuq il-baħar, impjanti għall-ħasil tal-karozzi, faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, spas u lukandi). Din l-iskeda informattiva tiġbor fil-qosor l-aspetti okkupazzjonali tal-espożizzjoni għal-Legionella. Hija bbażata fuq ħarsa ġenerali lejn il-linji politiċi Ewropej relatati mal-Legionella u l-marda tal-Legionnaires u studji ta’ każijiet fuq kif jistgħu jiġu kkontrollati r-riskji tal-Legionella.

Niżżelin: bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | hu | is | it | lt | lv | mt | nl | no | pl | pt | ro | sk | sl | sv |