Il-governanza tal-katina ta’ provvista fl-agrikoltura: Standards u awditi għat-titjib tal-OSH fis-settur agroalimentari Ewropew

Keywords:

Ir-riskji tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) fis-settur agroalimentari jistgħu jinkludu fost l-oħrajn sigħat twal, pagi baxxi, klima psikosoċjali ħarxa kif ukoll perikli fiżiċi relatati ma’ rfigħ tqil, xogħol ripetittiv u sustanzi kimiċi fil-biedja. Ir-regolament estensiv tas-settur u l-fatt li l-OHS huwa integrat fil-katina ta’ provvista permezz tal-governanza kuntrattwali jenfasizza l-importanza taċ-ċertifikazzjoni u tal-istandards. Din in-nota ta’ politika tiddeskrivi l-benefiċċji potenzjali tagħhom għall-OSH, il-limitazzjonijiet attwali tagħhom, u r-rwol li l-gvernijiet u dawk li jfasslu l-politika jista’ jkollhom fit-titjib tagħhom.

Niżżel in: en