Il-Polonja: Il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali f’intrapriżi mikro u żgħar Ewropej - evidenza kwalitattiva mit-Tielet Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019)

Keywords:

Dan ir-rapport jippreżenta l-każ tal-Polonja fi studju ta’ segwitu kwalitattiv tat-Tielet Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019) dwar il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali f’intrapriżi mikro u żgħar (MSEs). Is-sejbiet jindikaw li l-MSEs fil-Polonja jinsabu fl-istadji bikrija li jiżviluppaw sensibilizzazzjoni tajba dwar u mekkaniżni adegwati għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta’ riskji psikosoċjali. Ir-rapport dwar il-pajjiż jindirizza s-sejbiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.

L-istudju juri li l-biża’ mill-ispezzjonijiet hija fil-parti l-kbira l-ixprunatur ewlieni għall-ġestjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol fost l-MSEs Pollakki. Hemm sensibilizzazzjoni relattivament baxxa tar-riskji psikosoċjali, anke fir-rigward tal-obbligi legali. Il-maniġers u l-ħaddiema intervistati fl-MSEs jirrappurtaw azzjonijiet limitati li jindirizzaw b’mod speċifiku l-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali.

B’mod ġenerali, l-istudju jenfasizza l-bżonn għal konsiderazzjoni mtejba tal-benesseri psikosoċjali u titjib sinifikanti fil-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali fost l-MSEs fil-Polonja.

Niżżel in: en