Il-Kroazja: Il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali f’intrapriżi mikro u żgħar Ewropej - evidenza kwalitattiva mit-Tielet Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019)
Keywords:Dan ir-rapport jippreżenta l-każ tal-Kroazja fi studju ta’ segwitu kwalitattiv tat-Tielet Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019) dwar il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali f’intrapriżi mikro u żgħar. Ir-riżultati mill-istħarriġ ESENER 2019 u mill-intervisti ta’ dan l-istudju kwalitattiv mal-maniġers u l-ħaddiema f’21 kumpanija huma allinjati f’għadd ta’ oqsma. Ir-rapport dwar il-pajjiż jindirizza s-sejbiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.
L-istudju jidentifika serje ta’ sfidi, kif irrappurtat mill-impjegaturi, li jistgħu jaffettwaw lill-mikrointrapriżi b’mod partikolari, fejn l-azzjonijiet għall-prevenzjoni tar-riskji psikosoċjali ffukaw l-aktar fuq żieda fil-komunikazzjoni mal-impjegati.
Il-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet ma kellhom l-ebda ġestjoni sistematika tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u ħafna qablu li aktar appoġġ, b’mod partikolari fil-forma ta’ taħriġ mill-istituzzjonijiet pubbliċi rilevanti, ikun ta’ ġid.