Il-Ġermanja: Il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali f’intrapriżi mikro u żgħar Ewropej - evidenza kwalitattiva mit-Tielet Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019)
Keywords:Dan ir-rapport jippreżenta l-każ tal-Ġermanja fi studju ta’ segwitu kwalitattiv tat-Tielet Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER 2019) dwar il-ġestjoni tar-riskji psikosoċjali f’intrapriżi mikro u żgħar (MSEs). Twettqu 40 intervista ma’ maniġers u ħaddiema f’MSEs u r-rapport jindirizza s-sejbiet fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19.
Konsumaturi diffiċli u pressjoni tal-ħin kienu r-riskji ewlenin identifikati, filwaqt li r-raġunijiet ewlenin għall-indirizzar tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali kienu l-issodisfar tal-obbligi legali u l-iżgurar tar-reputazzjoni tal-organizzazzjoni. In-nuqqas ta’ volontà li persuna titkellem b’mod miftuħ dwar il-kwistjoni kien l-ostaklu ewlieni fl-indirizzar tar-riskji psikosoċjali.
Fokus imsaħħaħ fuq ir-riskji psikosoċjali fi spezzjonijiet tax-xogħol fuq is-sit jaf iżid is-sensibilizzazzjoni u l-għarfien fost l-MSEs. Hemm ukoll potenzjal għall-appoġġ ta’ bidla organizzattiva permezz ta’ taħriġ, sensibilizzazzjoni u stħarriġiet dwar l-ambjent tax-xogħol.