Il-Kampanja Postijiet tax-Xogħol Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-2018-19, Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi, għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar is-sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol u xxerred informazzjoni dwar kif jista' jiġi evitat l-esponiment. Il-kampanja hija kkoordinata fil-livell nazzjonali mill-punti fokali tal-EU-OSHA u appoġġjata minn imsieħba uffiċjali tal-kampanja u tal-midja u min-Netwerk Enterprise Europe. Din għandha ħames objettivi ewlenin:
Il-gwidi elettroniċi u l-għodod elettroniċi interattivi u multilingwi tagħna jipprovdu informazzjoni, gwida u eżempji prattiċi għall-ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) fuq il-post tax-xogħol. Il-kontenut tfassal sabiex irawwem għarfien, fehim u sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet attwali relatati mal-OSH fost l-impjegaturi, il-ħaddiema, ir-riżorsi umani u l-professjonisti u l-esperti tal-OSH tul firxa ta’ setturi fl-UE.
L-għodod tal-viżwalizzazzjoni tad-data jippreżentaw fatti u ċifri dwar firxa ta’ kwistjonijiet rigward is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) fl-Ewropa kollha, inkluż kif jiġu ġestiti r-riskji, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, id-demografija, l-impatt fuq is-saħħa, il-politiki u l-istrateġiji.
L-għodod li huma faċli biex jintużaw juru sejbiet u data ewlenin li jistgħu jiġu ffiltrati skont il-pajjiż, is-settur u varjabbli oħrajn.
Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiggarantixxi d-dritt soċjali fundamentali għal kundizzjonijiet tax-xogħol siguri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa fl-Ewropa. Mibni fuq 20 prinċipju ewlieni, l-għan tal-Pilastru tal-UE huwa li jwassal drittijiet ġodda u aktar effettivi għaċ-ċittadini, inklużi kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol, opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol.