L-Estonja: Il-limitazzjoni tal-esponiment għal sustanzi perikolużi fis-settur tat-tindif
20/04/2018
F'dan l-eżempju ta’ prattika tajba, kumpanija tat-tindif fl-Estonja introduċiet miżuri biex tnaqqas ir-riskju ta' esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi fl-aġenti tat-tindif.
Permezz ta’ reviżjonijiet fis-sistema tal-akkwist tagħha, il-kumpanija llimitat il-prodotti tat-tindif li kienet tuża fuq bażi ta' kuljum għal tliet prodotti ewlenin: wieħed fih żewġ ingredjenti perikolużi f'konċentrazzjonijiet baxxi; wieħed ma jitqiesx bħala perikoluż skont il-leġiżlazzjoni tal-UE; u t-tielet huwa ilma ppurifikat, li ma fih l-ebda ingredjent kimiku.
Taħriġ estensiv, linji gwida ssimplifikati dwar is-sikurezza u s-saħħa, u l-provvediment ta’ tagħmir protettiv personali kkontribwixxew għall-effettività tal-approċċ il-ġdid.