Ġestjoni tas-sħana fuq il-post tax-xogħol fi klima li qed tinbidel

Image
A construction worker drinking water

© Medienzunft Berlin - stock.adobe.com

Minħabba t-tibdil fil-klima, l-avvenimenti ta' sħana estrema qed isiru aktar frekwenti u intensi. Il-mewġiet tas-sħana ripetuti li esperjenzajna madwar l-Ewropa dan is-sajf jenfasizzaw ir-riskji dejjem jikbru għall-ħaddiema. It-temperaturi għoljin jaffettwaw is-sigurtà, is-saħħa u l-produttività, partikolarment għal dawk li jaħdmu barra jew f'ambjenti interni sħan.

L-impjegaturi jistgħu jnaqqsu dawn ir-riskji billi jieħdu passi prattiċi bħal adattament tal-ħinijiet tax-xogħol biex jevitaw l-iktar ħinijiet sħan tal-ġurnata, billi jipprovdu ilma u żoni mkessħa, u billi jitgħallmu jirrikonoxxu s-sintomi ta' mard relatat mas-sħana.

Skopri aktar fil-pubblikazzjonijiet ta’ hawn taħt biex tappoġġa l-prevenzjoni u sabiex il-postijiet tax-xogħol isiru aktar siguri. Skopri l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq id-dinja tax-xogħol billi żżur it-taqsima web tematika tagħna u tesplora żviluppi u kriżijiet futuri relatati mat-tibdil fil-klima.