Inti espost(a) għat-teknostress fuq il-post tax-xogħol bħal Napo?

Image
Napo looks stressed with his laptop and mobile.

© EU-OSHA

Il-film il-ġdid ta’ Napo jurih isofri minn teknostress fuq il-post tax-xogħol. Hu jħossu stressjat b’teknoloġiji ġodda, anzjuż dwar il-fatt li jinsab kontinwament konness u eżawrit bl-ammont ta’ informazzjoni li jirċievi.

Dan ġara lilek ukoll? Biex jgħin fil-prevenzjoni tat-teknostress, Napo jenfasizza miżuri għall-postijiet tax-xogħol biex iħaddnu d-diġitalizzazzjoni mingħajr ma jikkompromettu s-saħħa tal-ħaddiema.

Għid iva għad-diġitalizzazzjoni, iżda le għat-teknostress.

Ara l-aħħar film Napo fi... teknostress.

Tista’ tikkonsulta wkoll Napo fi…robots fuq il-post tax-xogħol u s-sit web tal-kampanja “Xogħol sigur u li jippromwovi s-saħħa fl-era diġitali