Premjijiet ta’ Prattika Tajba f’Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu

 © EU-OSHA

Dawn il-premjijiet huma parti mill-kampanji ta’ Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu u jirrikonoxxu organizzazzjonijiet li jimmaniġġjaw b’mod attiv is-sigurtà u s-saħħa (OSH).

Il-parteċipazzjoni hija mod eċċellenti ta’ kif jiġu promossi kwistjonijiet importanti ta’ sigurtà u saħħa fl-organizzazzjoni tiegħek. Il-kompetizzjoni tista’ sservi wkoll bħala sors kbir ta’ motivazzjoni fil-ħidma lejn it-titjib tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol.

Organizzati mill-EU-OSHA f’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE mis-sena 2000, il-premjijiet jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet eċċellenti u innovattivi għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Il-premjijiet jgħinu biex jintwerew il-benefiċċji ta’ sigurtà u ta’ saħħa tajbin fuq il-post tax-xogħol, u jservu bħala pjattaforma għall-kondiviżjoni u għall-promozzjoni tal-aħjar prattiki fl-Ewropa kollha.

L-applikazzjonijiet kollha l-ewwel jiġu ġġudikati fuq livell nazzjonali min-netwerk tal-punti fokali tal-EU-OSHA. L-eżempji nazzjonali magħżula mbagħad jieħdu sehem fil-kompetizzjoni Ewropea, u wara jintgħażlu l-eżempji li ser jingħataw premju u dawk imfaħħrin b'mod uffiċjali.

Dawn l-eżempji ta' prattika tajba huma mbagħad promossi u ċċelebrati f’ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fl-aħħar sena ta’ kull kampanja.