Ħejji ruħek għas-Sena Ewropea tal-Ħiliet u ngħaqad mal-isforzi tal-EU-OSHA għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jġibu aktar ’il quddiem is-saħħa

Image

© alotofpeople - stock.adobe.com

Is-sena Ewropea tal-Ħiliet titnieda f’Jum l-Ewropa, id-9 ta’ Mejju 2023, mill-Kummissjoni Ewropea. Is-sena, li se ddum sad-9 ta’ Mejju 2024, għandha l-għan li tqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-ħiliet għall-impjiegi, il-kompetittività u t-tkabbir.

L-EU-OSHA qed tikkontribwixxi b’mod attiv għas-sena permezz tal-proġett Vet OSH tagħha, għall-promozzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fost l-għalliema u l-istudenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Il-kisba tal-ħiliet tal-ħaddiema, li jkunu lesti għat-trasformazzjoni diġitali tax-xogħol hija wkoll element importanti tal-kampanja li jmiss tal-EU-OSHA 2023-25 “Xogħol sigur u li jġib ’il quddiem is-saħħa fl-era diġitali”.

Barra minn hekk, il-proġett OiRA tal-EU-OSHA, permezz ta’ aktar minn 330 għodda settorjali, joffri l-opportunità li wieħed jitgħallem il-mod kif iwettaq valutazzjoni sempliċi tar-riskju, li huwa l-bidu meħtieġ ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Ejjew nieħdu pass lejn ambjent tax-xogħol aktar sigur u li jġib aktar ’il quddiem is-saħħa mal-EU-OSHA!

Kun af aktar dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet u aqra dwar l-avvenimenti u l-attivitajiet qrib tiegħek.

Ingħaqad mal-avveniment ta’ tnedija permezz ta’ streaming dirett, il-Festival tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet, fid-9 ta’ Mejju 2023 fis-14:00 - 15:30 CEST.