Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninInnovaturi rikonoxxuti għall-istabbiliment tal-istandard għas-sikurezza u s-saħħa fl-era diġitali
© EU-OSHA
Il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2025 jiċċelebraw organizzazzjonijiet li jibdlu d-diġitalizzazzjoni f’opportunitajiet għal dinja tax-xogħol sikura, li ġġib ’il quddiem is-saħħa, u ċċentrata fuq il-bniedem.
Bil-kombinazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali mill-aktar avvanzati ma’ miżuri proattivi tas-sikurezza u programmi tas-saħħa, ir-rebbieħa ta’ din is-sena u l-eżempji mfaħħra juru kif it-trasformazzjoni diġitali tista’ ssir forza għal postijiet tax-xogħol aħjar.
Il-prattiki ta’ ispirazzjoni issa huma kkompilati fil-ktejjeb tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba, riżorsa prattika mimlija ideat biex nitgħallmu minnha, nadattaw u naqsmu ma’ ħaddieħor.
Issa tista’ tesplora wkoll l-istudji tal-każijiet tradotti fil-lingwi nazzjonali.