Persunal anzjan

Direttur Eżekuttiv Interim

Is-Sur William COCKBURN

William Cockburn inħatar Direttur Eżekuttiv Interim sakemm ma timtela l-kariga ta’ Direttur Eżekuttiv ġdid.

William ilu jaħdem mal-EU-OSHA mill-1998, fejn iffoka fuq l-oqsma tal-koordinazzjoni tar-riċerka, ir-riskji emerġenti u kien responsabbli mill-ewwel Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER).

William għandu lawrja ta’ Baċellerat fil-Liġi u lawrja ta’ Master fix-Xjenza fl-ergonomija (mill-Università ta’ Loughborough). Qabel ma’ ngħaqad ma’ UE-OSHA, huwa ħadem f’riċerka akkademika fejn investiga l-kultura ta’ sigurtà fil-kumpaniji u fis-settur privat bħala konsulent tal-ergonomija u maniġer tar-riċerka għal proġetti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Dikjarazzjoni ta’ interess - CV

Kap tal-Unità tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni

Is-Sur Andrew SMITH

Andrew ingħaqad mal-EU-OSHA fl-2000. Bħala l-Kap tal-Unità tal-Komunikazzjoni u l-Promozzjoni huwa responsabbli mill-iżvilupp u mill-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni pan-Ewropej inklużi kampanji ta’ tqajjim ta' sensibilizzazzjoni u e-komunikazzjonijiet bl-involviment ta’ diversi partijiet konċernati.

Imħarreġ fix-xjenza soċjali (mill-Università ta’ Bristol), Andrew għandu aktar minn 25 sena esperjenza fil-komunikazzjonijiet. Qabel ma beda l-kariga attwali tiegħu kien qatta’ ħames snin bħala Kap tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni fil-Fondazzjoni tax-Xjenza Ewropea, filwaqt li bejn l-1989 u l-1995, kien il-maniġer tal-komunikazzjonijiet għall-Kunsill tar-Riċerka Ekonomika u Soċjali tar-Renju Unit.

Dikjarazzjoni ta’ interess - CV

Kap Interim tal-Unità tal-Prevenzjoni u r-Riċerka

Is-Sjr Malgorzata Milczarek

Malgorzata Milczarek ingħaqdet mal-EU-OSHA fl-2006 bħala maniġer tal-proġetti. Ilha taħdem fl-Unità tal-Prevenzjoni u r-Riċerka fejn tiffoka fuq proġetti dwar is-saħħa mentali fuq il-post tax-xogħol, l-istress relatat max-xogħol u riskji psikosoċjali oħra bħall-vjolenza u l-fastidju. Hija wkoll responsabbli minn proġetti ewlenin dwar l-OSH f’intrapriżi mikro u żgħar.

Malgorzata għandha lawrja ta’ Master fil-Psikoloġija (Università ta’ Varsavja) u PhD (Dottorat) fil-psikoloġija tax-xogħol (Università ta’ Silesia). Qabel ma ngħaqdet mal-EU-OSHA, kienet taħdem bħala riċerkatur akkademiku fl-Istitut Ċentrali għall-Protezzjoni tax-Xogħol - L-Istitut Nazzjonali ta’ Riċerka (il-Polonja).

Dikjarazzjoni ta’ interess - CV

Kap taċ-Ċentru għar-Riżorsi u s-Servizzi

 Is-Sur Andrea Baldan

Andrea Baldan ingħaqad mal-EU-OSHA fl-2018 bħala l-Kap taċ-Ċentru tar-Riżorsi u s-Servizzi, li jmexxi t-tim li jipprovdi servizzi ta’ appoġġ essenzjali għall-Aġenzija, inklużi riżorsi umani, finanzi, akkwisti, ibbaġitjar, kontabilità u ġestjoni tad-dokumenti.

Qabel ma ssieħeb mal-Aġenzija, Andrea ħadem għal 10 snin fil-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp f'Londra (ir-Renju Unit), fejn issorvelja sistemi u operazzjonijiet f'akkwisti u f'kooperazzjoni teknika, immaniġġja inizjattivi ta' effiċjenza transfunzjonali, iddisinja u implimenta proġetti ta’ governanza interna. Hu beda l-karriera tiegħu fl-iżvilupp internazzjonali, jaħdem fuq proġetti ta’ assistenza teknika tal-Kummissjoni Ewropea f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u kien espert residenti fit-tul fl-Afrika t'Isfel fejn immaniġġja fondi u proġetti ta' żvilupp ekonomiku.

Professjonista tal-ġestjoni tal-bidla ċċertifikat, Andrea għandu Ċertifikat PRINCE2 (Fondazzjoni), MBA mill-Università ta’ Wales (Renju Unit) u grad fil-ġestjoni u amministrazzjoni tan-negozju mill-Università LIUC (l-Italja).

Dikjarazzjoni ta’ interess — CV