Sommarju Eżekuttiv - Minn politika għal prattika: politiki, strateġiji, programmi u azzjonijiet li jappoġġjaw l-OSH fl-intrapriżi mikro u żgħar

Keywords:

Dan ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali ta' kif is-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH) jistgħu jiġu appoġġjati fl-intrapriżi mikro u żgħar (MSEs).

L-MSEs jiffaċċjaw sfidi partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji u l-implimentazzjoni ta' strateġiji tajbin tal-OSH. Fir-rapport, eżempji tajbin minn 12-il pajjiż differenti tal-UE juru kif diversi intermedjarji, awtoritajiet u istituzzjonijiet tal-OSH jistgħu jilħqu u jappoġġjaw l-MSEs.

Huwa ċar li m'hemm l-ebda soluzzjoni "waħda tajba għal kulħadd" li tiżgura s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fl-aktar postijiet tax-xogħol żgħar — kombinazzjoni ta' għodod u inizjattivi differenti, imfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull intrapriża, x'aktarx li tkun aktar effiċjenti u effettiva.

Għad baqa' ħafna xi jsir fir-rigward tat-titjib tal-OSH fl-MSEs, fil-biċċa l-kbira tal-kuntesti u tas-setturi. Abbażi tal-eżempji ppreżentati f'dan ir-rapport, isiru rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp ta' politika futura.

Niżżel in: de | el | en | fr | hr | lt | nl | no | ro | sk | sv |