Is-sigurtà u s-saħħa fl-intrapriżi mikro u żgħar fl-UE: minn politika għal prattika — deskrizzjoni ta' eżempji tajbin
20/12/2017
Dan ir-rapport jippreżenta selezzjoni ta' studji tal-każijiet ta' sforzi b'suċċess biex jintlaħqu l-intrapriżi mikro u żgħar (MSEs) sabiex jiġu megħjuna jtejbu s-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali (OSH). Aktar minn 40 eżempju ta' ispirazzjoni minn 12-il Stat Membru tal-UE huma miġbura flimkien skont is-suġġetti, bħalma huma l-istrateġiji u l-inizjattivi multidimensjonali minn intermedjarji mhux tal-OSH. L-għan huwa li jintwera li, filwaqt li l-MSEs jistgħu jsibuha diffiċli biex jimmaniġġjaw is-sigurtà u s-saħħa, l-inizjattivi għat-titjib tal-OSH fl-MSEs jistgħu jirnexxu u jiġu applikati f'pajjiżi u setturi differenti. Billi jiġbor u janalizza dawn l-istudji tal-każijiet, ir-rapport għandu l-għan li jwieġeb il-mistoqsija fundamentali "X'jaħdem, għal min u taħt liema ċirkostanzi?"