Il-Jum Dinji kontra l-Kanċer: L-EU-OSHA tappoġġa l-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer

Image
World Cancer Day 2026

© UICC

Biex tfakkar il-Jum Dinji kontra l-Kanċer 2026, l-EU-OSHA tenfasizza l-kontribut tagħha għall-ħames edizzjoni tal-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer (ECAC5) li ġie żviluppat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-ECAC5 tistabbilixxi 14-il rakkomandazzjoni bbażati fuq l-evidenza dwar l-istil ta’ ħajja, l-ambjent (inklużi fatturi li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol), u l-prevenzjoni medika.

Għalkemm il-kanċer huwa kawża ewlenija ta’ mewt fl-UE, madwar 40 % tal-każijiet jistgħu jiġu evitati. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-ECAC5 joffru pjan direzzjonali biex jitnaqqas ir-riskju tal-kanċer, jiġu indirizzati l-ideat żbaljati dwar il-kanċer, u jittejbu s-saħħa pubblika u l-benesseri. Skopri kif dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jsalvaw il-ħajjiet.

L-EU-OSHA hija kburija li kkontribwiet għall-artiklu professjonali dwar il-metodoloġija tal-ECAC5 u s-sensibilizzazzjoni dwar il-fatturi ta’ riskju tal-kanċer li ġie ppublikat fil-ħarġa ta’ Jannar 2026 tar-rivista Molecular Oncology. Artikli oħra jesploraw ir-radjazzjoni UV u r-radon, l-esponimenti okkupazzjonali, u t-tniġġis tal-arja.

Sir af aktar billi tesplora l-eżiti ta’ Stħarriġ dwar l-esponiment tal-ħaddiema għal fatturi ta’ riskju tal-kanċer tal-EU-OSHA